+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III



Applikazzjonijiet eżentati mir-restrizzjoni fl-Artikolu 4(1)

Eżenzjoni

Ambitu u dati tal-applikabbiltà

▼M69

1

Il-merkurju fil-lampi fluworexxenti (kompatti) b’kappa waħda li ma jaqbżux (għal kull burner):

 

1(a)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W: 2,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(b)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ≥ 30 W u < 50 W: 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(c)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali ≥ 50 W u < 150 W: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(d)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 150 W: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

1(e)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali, b’għamla strutturali ċirkolari jew kwadra u b’dijametru tat-tubu ta’ ≤ 17 mm: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

▼M74

1(f) – I

Għal lampi ddisinjati biex jemettu prinċipalment dawl fl-ispettru ultravjola: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

1(f) – II

Għal finijiet speċjali: 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

▼M70

1(g)

Għal finijiet ta’ tidwil ġenerali < 30 W b’tul tal-ħajja ta’ 20 000  siegħa jew iktar: 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023

▼M77

2(a)

Il-merkurju f’lampi fluworexxenti lineari b’żewġ kapep għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull lampa):

 

2(a)(1)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u b’dijametru tat-tubu ta’ < 9 mm (eż. T2): 4 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

2(a)(2)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu ≥ 9 mm u ≤ 17 mm (eż. T5): 3 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023

2(a)(3)

Sustanza li tifluworexxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u dijametru tat-tubu > 17 mm u ≤ 28 mm (eż. T8): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Awwissu 2023

2(a)(4)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja normali u b’dijametru tat-tubu ta’ > 28 mm (eż. T12): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

2(a)(5)

Fosforu li jiffluworixxi fi tliet frekwenzi b’tul tal-ħajja twil (≥ 25 000 h): 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

▼B

2(b)

Il-merkurju f’bozoz fluworexxenti oħra li ma jaqbiżx (għal kull bozza):

 

2(b)(1)

Bozoz lineari tal-alofosfati b’dijametru tat-tubu > 28 mm (eż. T10 u T12): 10 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2012

2(b)(2)

Bozoz mhux lineari tal-alofosfati (id-dijametri kollha): 15 mg

Tiskadi fit-13 ta’ April 2016

▼M75

2(b)(3)

►C4  Lampi mhux lineari trifosforiċi ◄ b’dijametru tat-tubu ta’ > 17 mm (eż. T9): 15 mg

Tiskadi l-24 ta’ Frar 2023; 10 mg jistgħu jintużaw għal kull lampa mill-25 ta’ Frar 2023 sal-24 ta’ Frar 2025

▼M78

2(b)(4)–I

Lampi għal finijiet oħra ta’ tidwil ġenerali u għal finijiet speċjali oħra (eż. lampi tal-induzzjoni): 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

2(b)(4)–II

Lampi li jemettu prinċipalment dawl fl-ispettru ultravjola: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

2(b)(4)–III

Lampi ta’ emerġenza: 15 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

▼M67

3

Il-merkurju f’lampi fluworexxenti b’katodu kiesaħ u f’lampi fluworexxenti bl-elettrodi esterni (CCFL u EEFL) għal finijiet speċjali użati f’EEE mqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Frar 2022 li ma jaqbżux (għal kull lampa):

 

3(a)

Tul qasir (≤ 500 mm): 3,5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

3(b)

Tul medju (>500 mm u ≤1 500 mm): 5 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

3(c)

Tul twil (> 1 500 mm): 13 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025

▼M73

4(a)

Merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa (għal kull lampa): 15 mg

Tiskadi 24 februari 2023

4(a)–I

Il-merkurju fil-lampi bi skarika elettrika taħt pressjoni baxxa, mhux miksija bil-fosforu, fejn l-applikazzjoni tirrikjedi l-medda prinċipali tal-output spettrali tal-lampi biex tkun fl-ispettru ultravjola: jista’ jintuża sa 15 mg merkurju għal kull lampa

Tiskadi 24 februari 2027

▼M76

4(b)

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 80: P ≤ 105 W: 16 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(b)–I

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: P ≤ 155 W: 30 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

4(b)–II

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: 155 W < P ≤ 405 W: 40 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

4(b)–III

Merkurju fil-lampi (gass) tas-Sodju Taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbżux (għal kull burner) f’lampi b’indiċi tal-apparenza tal-kulur imtejjeb Ra > 60: P > 405 W: 40 mg jistgħu jintużaw għal kull burner

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2023

▼M68

4(c)

Il-merkurju f’lampi oħra tas-Sodju (gass) taħt Pressjoni Għolja għal finijiet ta’ tidwil ġenerali li ma jaqbiżx (għal kull burner):

 

4(c)–I

P ≤ 155 W: 20 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(c)–II

155 W < P ≤ 405 W: 25 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

4(c)–III

P > 405 W: 25 mg

Tiskadi fl-24 ta’ Frar 2027

▼B

4(d)

Il-merkurju f’bozoz tal-Merkurju (fwar) Taħt Pressjoni Għolja (HPMV)

Tiskadi fit-13 ta’ April 2015

▼M71

4(e)

Merkurju fil-lampi tal-aloġenuri metalliċi (MH)

Tiskadi tal-24 ta’ Frar 2027

▼M72

4(f) –II

Merkurju f’lampi oħra bi skarika elettrika għal finijiet speċjali mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2025

4(f) –II

Il-merkurju f’lampi tal-merkurju (gass) taħt pressjoni għolja li jintużaw fi projetturi fejn huwa meħtieġ output ta’ ≥ 2000 lumen ANSI

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027

4(f) –III

Il-merkurju f’lampi tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja li jintużaw għat-tidwil tal-ortikultura

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027

4(f) –IV

Il-merkurju f’lampi li jemettu dawl fl-ispettru ultravjola

Tiskadi tal-24 ta' Frar 2027

▼M26

4(g)

Il-merkurju f'tubi bi skariku luminuż magħmula bl-idejn użati għas-sinjali, kemm dawk dekorattivi kif ukoll dawk arkitettoniċi, għad-dawl speċjalizzat u għall-opri tal-arti bid-dawl, fejn il-kontenut tal-merkurju għandu jkun limitat kif ġej:

(a)  20 mg għal kull par elettrodu + 0,3 mg għat-tul ta' kull tubu f'cm, iżda mhux aktar minn 80 mg, għall-applikazzjonijiet fuq barra u għall-applikazzjonijiet fuq ġewwa esposti għal temperaturi taħt l-20 °C;

(b)  15 mg għal kull par elettrodu + 0,24 mg għat-tul ta' kull tubu f'cm, iżda mhux aktar minn 80 mg, għall-applikazzjonijiet fuq ġewwa l-oħra kollha.

Tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018

▼B

5(a)

Iċ-ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi vakwi

 

5(b)

Ċomb fil-ħġieġ ta’ tubi fluworexxenti li ma jaqbiżx 0,2 % skont il-piż

 

▼M88

6(a)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar għal skopijiet ta’ mmaxinjar u fl-azzar galvanizzat li jkun fih sa 0,35 % ċomb skont il-piż

Tiskadi fi 11 ta’ Diċembru 2026.

6(a)-I

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar għal skopijiet ta’ immaxinjar u fl-azzar galvanizzat li jkun fih sa 0,35 % ċomb skont il-piż (4)

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-kategoriji kollha.

6(a)-II

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fil-komponenti tal-azzar galvanizzat f’banju sħun bil-lott sa 0,2 % ċomb skont il-piż (4)

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-kategoriji kollha.

6(b)

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż

Tiskadi fi 11 ta’ Ġunju 2027.

6(b)-I

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż, sakemm joħroġ mir-riċiklaġġ tar-ruttam tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb (4)

Tiskadi fi 11 ta’ Diċembru 2026 għall-kategoriji 1-7, 10.

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-kategorija 9 strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali, u 11.

6(b)-II

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-aluminju għal skopijiet ta’ mmaxinjar b’kontenut ta’ ċomb sa 0,4 % skont il-piż (4)

Tiskadi fi11 ta’ Ġunju 2027 għall-kategoriji 1-7, 10.

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-kategorija 9 strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali, u 11 (4).

6(b)-III

Iċ-ċomb bħala element ta’ lligar f’ligi tal-ikkastjar tal-aluminju li jkun fihom sa 0,3 % ċomb skont il-piż, sakemm joħroġ mir-riċiklaġġ tar-ruttam tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb (4)

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027 għall-kategoriji 1-8, 9 għajr l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali, u 10.

6(c)

Liga tar-ram li jkun fiha sa 4 % ċomb skont il-piż (4)

Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.

▼M86

7(a)

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.

7(a)-I

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

għall-interkonnessjonijiet interni għat-twaħħil ta’ dammi, jew komponenti oħrajn flimkien ma’ damma f’assemblaġġ ta’ semikondutturi b’kurrenti statiċi jew tranżitorji/ta’ impuls ta’ 0,1 A jew aktar jew vultaġġi ta’ mblukkar ta’ aktar minn 10 V, jew daqsijiet tat-truf tad-damma ta’ aktar minn 0,3 mm × 0,3 mm

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-II

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

għal konnessjonijiet integrali (jiġifieri interni u esterni) ta’ materjal għat-twaħħil ta’ dammi f’komponenti elettriċi u elettroniċi, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

— il-konduttività termali tal-materjal għat-twaħħil ta’ dammi mwebbes/sinterizzat hija > 35 W/(m × K),

— il-konduttività elettrika tal-materjal għat-twaħħil ta’ dammi mwebbes/sinterizzat hija > 4,7MS/m,

— it-temperatura tat-tidwib tas-solidus hija ogħla minn 260 °C

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-III

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

fil-ġonot tal-istann tal-ewwel livell (konnessjonijiet interni jew integrali — jiġifieri interni u esterni) għall-komponenti tal-manifattura sabiex l-immuntar sussegwenti ta’ komponenti elettroniċi fuq is-subassemblaġġi (jiġifieri moduli, bordijiet tas-subċirkwit, substrati, jew iwweldjar minn punt għal punt) bi stann sekondarju ma jwassalx għar-rifluss tal-istann tal-ewwel livell. Din is-subentrata teskludi l-applikazzjonijiet għat-twaħħil ta’ dammi u l-issiġillar ermetiku

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-IV

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

fil-ġonot tal-istann tat-tieni livell għat-twaħħil tal-komponenti mal-bord taċ-ċirkwit stampat jew mal-oqfsa taċ-ċomb:

(1)  fil-blalen tal-istann għat-twaħħil ta’ ball-grid-array (BGA) taċ-ċeramika

(2)  f’overmouldings tal-plastik f’temperatura għolja (> 220 °C)

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-V

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

bħala materjal għall-issiġillar ermetiku bejn:

(1)  pakkett jew tapp taċ-ċeramika u kaxxa tal-metall,

(2)  terminazzjonijiet tal-komponenti u subparti interna

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-VI

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

għall-istabbiliment ta’ konnessjonijiet elettriċi bejn il-komponenti tal-lampi f’lampi tal-filament rifletturi għat-tisħin bl-infraaħmar, għal lampi bi skarika elettrika ta’ intensità għolja, jew għal lampi tal-fran

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(a)-VII

Ċomb fl-istann tat-tip b’temperatura ta’ tidwib għolja (jiġifieri l-ligi b’bażi ta’ ċomb li jkun fihom 85 % jew aktar ċomb skont il-piż)

għat-transducers tal-awdjo fejn l-temperatura operattiva massima taqbeż il-200 °C

Japplika għall-kategoriji kollha (għajr l-applikazzjonijiet koperti fil-punt 24 ta’ dan l-Anness) u jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

▼B

7(b)

Iċ-ċomb fi stann ta’ oġġetti li jservu, sistemi ta’ ħżin u ta’ wiri ordnat tal-ħżin, tagħmir tal- infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is- sinjalar, it-trażmissjoni u l-ġestjoni tan- netwerks għat-telekomunikazzjoni

 

▼M87

7(c)-I

Komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew ċeramika għajr iċ-ċeramika dielettrika fil-kapaċitaturi, eż. apparat pjeżoelettroniku, jew f’kompost b’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika

Tapplika għall-kategoriji kollha u tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.

7(c)-II

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ attribwit ta’ 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla

Tapplika għall-kategoriji kollha (ħlief l-applikazzjonijiet koperti mill-punt 7(c)-I jew 7(c)-IV) u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

▼B

7(c)-III

Iċ-ċomb f’ċeramika dielettrika f’kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta’ anqas minn 125 V AC jew 250 V DC

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

▼M46

7(c)-IV

Iċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażat fuq PZT għall-kapaċitaturi li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

Jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼M87

7(c)-V

Il-komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb fi ħġieġa jew f’kompost b’matriċi tal-ħġieġ li jissodisfa kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

(1)  għall-protezzjoni u għall-iżolazzjoni elettrika fil-bċejjeċ tal-ħġieġ ta’ dijodi b’vultaġġ għoli u saffi tal-ħġieġ għall-wafers;

(2)  għall-issiġillar ermetiku bejn il-partijiet taċ-ċeramika, tal-metall u/jew tal-ħġieġ;

(3)  għall-finijiet ta’ twaħħil f’tieqa tal-parametru tal-proċess għal < 500 °C flimkien ma’ viskożità ta’ 1 013,3 dPas (“temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ”);

(4)  għall-użu bħala materjal ta’ reżistenza bħal-linka, b’firxa ta’ reżistività minn 1 ohm/kwadru għal 100 megohm/kwadru, esklużi l-potenzjometri trimmer;

(5)  għall-użu f’uċuħ tal-ħġieġ modifikati kimikament għall-plakki ta’ mikrokanali (MCPs, Microchannel Plates), għall-multiplikaturi tal-elettroni b’kanal (CEMS, Channel Electron Multipliers) u għall-prodotti tal-ħġieġ ta’ reżistenza (RGPs, Resistive Glass Products).

Tapplika għall-kategoriji kollha u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

7(c)-VI

Il-komponenti elettriċi u elettroniċi li jkun fihom iċ-ċomb f’ċeramika li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

(1)  għall-użu f’ċeramika tat-titanat taż-żirkonju taċ-ċomb pjeżoelettriku (PZT, Piezoelectric Lead Zirconium Titanate);

(2)  sabiex iċ-ċeramika tiġi pprovduta koeffiċjent tat-temperatura pożittiv (PTC, Positive Temperature Coefficient).

Tapplika għall-kategoriji kollha (ħlief l-applikazzjonijiet koperti mill-punti 7(c)-II, 7(c)-III u 7(c)-IV ta’ dan l-Anness kif ukoll il-punt 14 tal-Anness IV) u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2027.

▼B

8(a)

Il-kadmju u l-komposti tiegħu f’apparat ta’ interruzzjoni termali f’darba tat-tip b’pelit.

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2012 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2012

▼M47

8(b)

Il-kadmju u l-komposti tiegħi fil-kuntatti elettriċi

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

8(b)-I

Il-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi użati fi:

— salvaviti differenzjali;

— kontrolli b'sensuri termali;

— protetturi b'muturi termali (għajr il-protetturi b'mutur termali ermetiku);

— swiċċijiet AC b'rati ta':

— 

— 6 A u iżjed bi 250 V AC u iżjed; jew

— 12 A u iżjed bi 125 V AC u iżjed;

— swiċċijiet DC b'rati ta' 20 A u iżjed bi 18 V AC u iżjed; u

— swiċċijiet biex jintużaw fi frekwenzi tal-provvista tal-vultaġġ ≥ 200 Hz.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

▼M58

9

Il-kromju eżavalenti bħala aġent kontra l-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment sa 0,75 % skont il-piż fis-soluzzjoni tat-tkessiħ

Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u tiskadi:

— fil-21 ta’ Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 minbarra f’apparat dijanostiku in vitro u fi strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali;

— fil-21 ta’ Lulju 2023 għall-apparat dijanostiku in vitro tal-kategorija 8;

— fil-21 ta’ Lulju 2024 għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9, u għall-kategorija 11.

9(a)-I

Sa 0,75 % ta’ kromju eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fis-soluzzjoni tat-tkessiħ tas-sistemi tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment (inklużi l-minibars) iddisinjati biex jaħdmu għalkollox jew parzjalment b’ħiter elettriku, li għandhom potenza tal-input medja użata < 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kostanti

Tapplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u tiskadi fil-5 ta’ Marzu 2021.

9(a)-II

Sa 0,75 % ta’ kromju eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fis-soluzzjoni tat-tkessiħ tas-sistemi sistema tat-tkessiħ tal-azzar bil-karbonju f’refriġeraturi bl-assorbiment:

— iddisinjati biex jaħdmu għalkollox jew parzjalment b’ħiter elettriku, li għandhom potenza tal-input medja użata ta’ ≥ 75 W f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim kostanti;

— iddisinnjat biex jaħdem għalkollox b’ħiter mhux elettriku.

Tapplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2021.

▼M81

9(a)-III

Sa 0,7 % ta’ kromu eżavalenti skont il-piż, użat bħala aġent kontra l-korrużjoni fil-fluwidu tat-tħaddim taċ-ċirkwit issiġillat tal-azzar bil-karbonju tal-pompi tas-sħana mħaddma bl-assorbiment tal-gass għat-tisħin tal-ispazju u tal-ilma

Tapplika għall-kategorija 1 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2026.

▼M34

9(b)

Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11; tiskadi:

— fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-kategorija 8;

— fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9 u għall-kategorija 11;

— fil-21 ta' Lulju 2021 għas-subkategoriji l-oħrajn tal-kategoriji 8 u 9.

9(b)-I

Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri tat-tip skroll ermetiċi li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

Tapplika għall-kategorija 1; tiskadi fil-21 ta' Lulju 2019.

▼B

11(a)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal- pinnijiet konformi mas-C-press.

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

11(b)

Iċ-ċomb użat f’sistemi ta’ konnetturi tal- pinnijiet oħra li ma jkunux dawk konformi mas-C-press

Tiskadi fl-1 ta’ Jannar 2013 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2013

12

Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-modulu ta’ trażmissjoni termali C-ring

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

▼M35

13(a)

Iċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi

Tapplika għall-kategoriji kollha; tiskadi:

— fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-kategorija 8;

— fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9 u għall-kategorija 11;

— fil-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji u s-subkategoriji l-oħrajn kollha

▼M33

13(b)

Il-kadmju u ċ-ċomb fil-ħġieġ li jiffiltra u fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11; tiskadi:

— fil-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8 apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— fil-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9 strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali u għall-kategorija 11;

— fil-21 ta' Lulju 2021 għal subkategoriji oħra tal-kategoriji 8 u 9

13(b)-I

Iċ-ċomb f'tipi ta' ħġieġ li jiffiltra ottiku, ikkulurit u joniku

Tapplika għall-kategoriji 1, 7 u 10; tiskadi fil-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10

13(b)-II

Il-kadmju f'tipi ta' ħġieġ li jiffiltra ottiku b'sospensjoni kollojdali; esklużi l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt l-eżenzjoni 39 ta' dan l-Anness

13(b)-III

Il-kadmju u ċ-ċomb fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

▼B

14

Iċ-ċomb fl-istann li jikkonsisti f’aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il- pinnijiet u l-pakkett tal-mikroproċessuri b’kontenut ta’ ċomb ta’ 80 % jew aktar u anqas minn 85 % skont il-piż

Skadiet fl-1 ta’ Jannar 2011 u wara dik id-data jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2011

▼M48

15

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip.

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

15(a)

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip fejn japplika tal-inqas wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

— nodu tat-teknoloġija semikonduttura ta' 90 nm jew akbar;

— damma unika ta' 300 mm2 jew akbar f'xi nodu tat-teknoloġija semikonduttura;

— pakketti ta' dammi stivati b'damma ta' 300 mm2 jew akbar, jew interposers tas-silikon ta' 300 mm2 jew akbar.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

▼B

16

Iċ-ċomb f’bozoz inkandexxenti lineari b’tubi miksija bis-silikat

Tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2013

17

L-alid taċ-ċomb bħala aġent jiddi f’bozoz b’discharge ta’ intensità għolja (HID) użat għal applikazzjonijiet ta’ reprografija professjonali

 

18(a)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta’ bozoz b’discharge meta jintużaw bħala bozoz speċjali fir-reprografija tal-istampar bid-diażo, il-litografija, in-nases tal-insetti, il-proċessi fotokimiċi u ta’ vulkanizzazzjoni li fihom il- fosfri bħall-SMS ((Sr,Ba)2MgSi2O7:Pb)

Skadiet fl-1 ta’ Jannar 2011

▼M53

18(b)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta' bozoz b'discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb)

Tiskadi fi:

— 21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1-7 u 10;

— 21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 minbarra apparati dijanostiċi in vitro u strumenti tal-monitoraġġ u l-kontroll industrijali;

— 21 ta' Lulju 2023 għall-apparati dijanostiċi in vitro tal-kategorija 8;

— 21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti tal-monitoraġġ u l-kontroll industrijali tal-kategorija 9, u għall-kategorija 11.

18(b)-I

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta' bozoz b'discharge li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb) meta jintużaw fit-tagħmir mediku tal-fototerapija

Tapplika għall-kategoriji 5 u 8, esklużi l-applikazzjonijiet koperti mill-entrata 34 tal-Anness IV, u tiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

▼B

19

Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg f’kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f’bozoz li jiffrankaw l-enerġija (ESL) kompatti ħafna

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

20

L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat biex jgħaqqad flimkien is-sustrati ta’ quddiem u ta’ wara tal-bozoz fluworexxenti ċatti użati fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD)

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

▼M49

21

Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tas-soda lime.

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

21(a)

Il-kadmju, meta jintuża fil-ħġieġ stampat bil-kulur biex jipprovdi funzjonijiet ta' ffiltrar, użat bħala komponent f'applikazzjonijiet tat-tidwil installati fuq skrins u pannelli tal-kontroll tal-EEE

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, għajr għall-applikazzjonijiet koperti bl-entrati 21(b) jew 39, u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

21(b)

Il-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tas-soda lime.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, għajr għall-applikazzjonijiet koperti bl-entrati 21(a) jew 39, u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

21(c)

Iċ-ċomb fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, għajr il-ħġieġ tal-borosilikat

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

▼B

23

Iċ-ċomb f’finituri ta’ komponenti fine pitch li ma jkunux konnetturi b’pitch ta’ 0,65 mm jew inqas

Jista’ jintuża fil-partijiet għall-bdil għall-EEE imqiegħed fis-suq qabel l-24 ta’ Settembru 2010

▼M39

24

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ma' kapaċitaturi taċ-ċeramika b'aktar minn saff wieħed diskojdali u tat-tip “planar array”, b'toqob imħaffra fihom

Jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1-7 u l-kategorija 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8 l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9 l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼B

25

L-ossidu taċ-ċomb li jintuża fl-iskrins li jemettu l-elettroni permezz tat-trażmissjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali, notevolment fil-frit tas-siġillar u ċ- ċirku tal-frit

 

26

L-ossidu taċ-ċomb fl-envelop tal-ħġieġ ta’ bozoz blu b’dawl iswed

Tiskadi fl-1 ta’ Ġunju 2011

27

Il-ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transdutturi li jintużaw fi spikers qawwija (deżinjati biex joperaw għal diversi sigħat f’livelli ta’ qawwa akustika ta’ 125dB SPL u aktar)

Skadiet fl-24 ta’ Settembru 2010

▼M50

29

Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (il-Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE ()

Jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼B

30

Il-ligi tal-kadmju użati bħala ġonot tal-istann elettriċi/mekkaniċi għal kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transdutturi użati fi spikers qawwija b’livelli ta’ pressjoni ta’ ħoss ta’ 100 dB (A) jew aktar

 

31

Iċ-ċomb f’materjali tal-issaldjar f’bozoz fluworexxenti ċatti mingħajr merkurju (li pereżempju jintużaw għal skrins tal-kristalli likwidi, iddisinjar jew f’dawl industrijali)

 

▼M51

32

L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton

Jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼B

33

Iċ-ċomb fl-istann li jintuża għall-issaldjar ta’ wajers irqaq tar-ram ta’ dijametru ta’ 100 μm u anqas fit-transformers tal-enerġija

 

▼M40

34

Iċ-ċomb fl-elementi ċerametalliċi ta' potenzjometri trimmer

Japplika għall-kategoriji kollha; jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1-7 u l-kategorija 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8 l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9 l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼B

36

Il-merkurju użat bħala inibitur tat-textix tal- katodu fl-iskrins tal-plażma DC li jkun fihom sa massimu ta’ 30 mg għal kull skrin

Skadiet fl-1 ta’ Lulju 2010

▼M52

37

Iċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' dijodi b'vultaġġ għoli abbażi ta' korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu

Jiskadi fi:

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

— il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

— il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

— il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

▼B

38

Il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju f’pejsts b’rita ħoxna użati fuq ossidu tal-berilju marbut mal- aluminju

 

▼M85

39(a)

Is-selenid tal-kadmju fil-punti kwantiċi ta’ nanokristalli semikondutturi b’bażi ta’ kadmju għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom (downshifting) biex jintużaw fit-tidwil tas-sistemi ta’ turija (< 0,2 μg Cd kull mm2 tal-erja tal-iskrin)

Tiskadi għall-kategoriji kollha 21 ta’ Novembru 2025

▼M85

39(b)

Il-kadmju fil-punti kwantiċi nanokristalliċi semikondutturi bi tnaqqis fil-bidla, iddepożitat direttament fuq ċipep semikondutturi LED għall-użu f’applikazzjonijiet tal-iskrins u tal-projezzjoni (< 5 μg Cd għal kull mm2 ta’ wiċċ taċ-ċippa LED) b’ammont massimu ta’ 1 mg għal kull apparat

Tiskadi għall-kategoriji kollha fil-31 ta’ Diċembru 2027

▼M2

40

Kadmju fil-fotoreżisturi għal akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali

Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013

▼M60

41

Iċ-ċomb fl-issaldjar u fix-xogħlijiet tal-aħħar ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi u fix-xogħlijiet tal-aħħar tal-unitajiet ta’ ċirkwit stampati użati fil-moduli ta’ ignixin u f’sistemi oħrajn ta’ kontroll, kemm elettriċi kif ukoll elettroniċi, tal-magna, li għal raġunijiet tekniċi għandhom jiġu mmuntati direttament fuq il-kaxxa tal-krank jew fuq iċ-ċilindru ta’ magni tal-kombustjoni li jinżammu fl-idejn (il-klassijiet SH:1, SH:2, SH:3 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1))

Tapplika għall-kategoriji kollha u tiskadi:

— fil-31 ta’ Marzu 2022 għall-kategoriji 1 sa 7, 10 u 11;

— fil-21 ta’ Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 minbarra għall-apparat dijanostiku in vitro u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali;

— fil-21 ta’ Lulju 2023 għall-apparat dijanostiku in vitro tal-kategorija 8;

— fil-21 ta’ Lulju 2024 għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9.

▼M54

42

Iċ-ċomb fil-berings u fil-bushes f'magni li jaħdmu bid-diżil jew bil-fjuwil gassuż bil-kombustjoni interna li jintużaw f'tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali:

— b'ċilindrata totali ta' ≥ 15-il litru;

— jew

— b'ċilindrata totali ta' < 15-il litru u l-magna titfassal biex taħdem f'applikazzjonijiet fejn il-ħin bejn is-sinjal biex tistartja u t-tagħbija massima jeħtieġ li jkun ta' inqas minn 10 sekondi; jew tipikament titwettaq manutenzjoni regolari f'ambjent estern aħrax u maħmuġ, bħal fix-xogħol tal-minjieri, tal-kostruzzjoni u tal-agrikoltura.

Tapplika għall-kategorija 11, ħlief l-applikazzjonijiet koperti mill-entrata 6(c) ta' dan l-Anness.

Tiskadi fil-21 ta' Lulju 2024.

▼M55

43

Ftalat tal-bis(2-etileżil) f’komponenti tal-gomma f’sistemi tal-magni, iddisinjati għall-użu f’tagħmir li mhuwiex maħsub biss għall-użu tal-konsumatur u dment li l-ebda materjal plastifikat ma jiġi f’kuntatt mal-membrani mukużi tal-bniedem jew f’kuntatt prolongat mal-ġilda tal-bniedem u li l-valur ta’ konċentrazzjoni ta’ bis(2-etileżil) ftalat ma jaqbiżx:

(a)  it-30 % skont il-piż tal-gomma għal

(i)  kisjiet tal-gaskets;

(ii)  gaskets tal-gomma solida; jew

(iii)  komponenti tal-gomma li jkunu mwaħħlin mal-magna, f’assemblaġġi ta’ mill-inqas tliet komponenti li jużaw l-enerġija elettrika, mekkanika jew idrawlika biex jitħaddmu.

(b)  l-10 % skont il-piż tal-gomma għall-komponenti li fihom il-gomma li mhumiex imsemmija fil-punt (a).

Għall-finijiet ta’ din iż-żieda, “kuntatt prolongat mal-ġilda tal-bniedem” tfisser kuntatt kontinwu ta’ aktar minn 10 minuta jew kuntatt intermittenti fuq perjodu ta’ 30 minuta, kuljum.

Tapplika għall-kategorija 11 u tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2024.

▼M56

44

Iċ-ċomb fl-istann tas-sensors, l-actuators, u l-unitajiet ta’ kontroll tal-magna ta’ magni b’kombustjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), installati f’tagħmir użat f’pożizzjonijiet fissi waqt li jkun qed jitħaddem li hu maħsub għall-professjonisti, iżda li jintuża wkoll minn utenti mhux professjonisti

Tapplika għall-kategorija 11 u tiskadi fil-21 ta’ Lulju 2024.

▼M62

45

Diażid taċ-ċomb, stifnat taċ-ċomb, dipikramat taċ-ċomb, ċomb oranġjo (tetraossidu taċ-ċomb), diossidu taċ-ċomb fl-inizjaturi elettriċi u elettroniċi ta’ splussivi għall-użu ċivili (professjonali) u kromat tal-barju f’kariki ta’ dewmien pirotekniku twil ta’ inizjaturi elettriċi ta’ splussivi għall-użu ċivili (professjonali)

Tapplika għall-kategorija 11 u tiskadi fl-20 ta’ April 2026.

▼M84

46

Il-kadmju u ċ-ċomb fi profili tal-plastik li fihom taħlitiet prodotti mill-iskart tal-klorur tal-polivinil (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “PVC riġidu rkuprat”), użati għat-twieqi u l-bibien elettriċi u elettroniċi, fejn il-konċentrazzjoni fil-materjal tal-PVC riġidu rkuprat ma taqbiżx iż–0,1 % ta’ kadmju skont il-piż u l–1,5 % ta’ ċomb skont il-piż.

Mit-28 ta’ Mejju 2026, il-PVC riġidu rkuprat mit-twieqi u l-bibien elettriċi u elettroniċi għandu jintuża biss għall-produzzjoni ta’ oġġetti ġodda skont il-kategoriji speċifikati fl-entrata 63, il-punti 18(a) sa (d) tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Il-fornituri tal-oġġetti tal-PVC li jkun fihom il-PVC riġidu rkuprat f’konċentrazzjoni taċ-ċomb daqs jew iżjed minn 0,1 % skont il-piż tal-materjal tal-PVC għandhom jiżguraw li qabel ma jqiegħdu dawk l-oġġetti fis-suq, dawn ikunu mmarkati b’mod viżibbli, li jinqara u li ma jitħassarx bid-dikjarazzjoni: “Fih ≥ 0,1 % ċomb”. Meta l-immarkar ma jkunx jista’ jsir fuq l-oġġett minħabba n-natura tal-oġġett, dan għandu jsir fuq l-imballaġġ tal-oġġett.

Il-fornituri tal-oġġetti tal-PVC li fihom il-PVC riġidu rkuprat għandhom jippreżentaw l-evidenza dokumentata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu, biex jissostanzjaw l-asserzjonijiet dwar l-oriġini rkuprata tal-PVC f’dawk l-oġġetti. Iċ-ċertifikati maħruġa bl-iskemi biex jagħtu prova tat-traċċabbiltà u tal-kontenut riċiklat, bħal pereżempju dawk żviluppati skont l-istandard EN 15343:2007 jew standards ekwivalenti rikonoxxuti, jistgħu jintużaw biex jissostanzjaw dawn l-asserzjonijiet għall-oġġetti prodotti fl-Unjoni. Mal-asserzjonijiet li jsiru dwar l-oriġini rkuprata tal-PVC fl-oġġetti importati għandu jinhemeż ċertifikat li jagħti prova ekwivalenti tat-traċċabbiltà u tal-kontenut riċiklat, maħruġ minn parti terza indipendenti.

Dan japplika għall-kategorija 11 u jiskadi fit-28 ta’ Mejju 2028.

▼B

►M22  (1)   

Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

 ◄
►M50  (2)   

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1969 69/493/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36).

 ◄
►M56  (3)   

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).

 ◄
(4)   

L-eżenzjoni ma għandhiex tkopri l-EEE għall-forniment lill-pubbliku ġenerali meta t-tfal ikunu jistgħu jqiegħdu f’ħalqhom l-EEE jew il-parti aċċessibbli tiegħu, matul kundizzjonijiet normali jew prevedibbli ta’ użu. Madankollu, l-eżenzjoni għandha tapplika meta jkunu jistgħu jintwera dawn it-tnejn li ġejjin:


— ir-rata ta’ rilaxx taċ-ċomb minn tali EEE jew kwalunkwe parti aċċessibbli, kemm jekk miksija kif ukoll jekk mhux miksija, ma taqbiżx iż-0,05 μg/cm2 fis-siegħa (ekwivalenti għal 0,05 μg/g/h),

— għall-oġġetti miksija, li l-kisja hija biżżejjed biex tiżgura li din ir-rata ta’ rilaxx ma tinqabiżx għal perjodu ta’ mill-anqas sentejn ta’ kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu tal-EEE.


Għall-fini ta’ din in-nota f’qiegħ il-paġna, qiegħed jitqies li t-tfal jistgħu jqiegħdu f’ħalqhom EEE jew parti aċċessibbli ta’ EEE jekk din tkun iżgħar minn 5 cm f’dimensjoni waħda jew jekk din ikollha parti li tinqala’ jew parti ħierġa ’l barra ta’ dan id-daqs.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.