+Artikolu 7 Detenturi ta’ liċenzja
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5

Artikolu 7 Detenturi ta’ liċenzja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà primarja għas-sikurezza tal-faċilitajiet u/jew l-attivitajiet għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv tkun tad-detentur tal-liċenzja. Dik ir-responsabbiltà ma tistax tiġi ddelegata.

Artikolu 7 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali instawrat jirrikjedi li d-detenturi ta’ liċenzja, taħt il-kontroll regolatorju tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw regolarment u jtejbu kontinwament, safejn ikun raġonevolment possibbli, is-sikurezza tal-faċilità jew l-attività għall-ġestjoni ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat b’mod sistematiku u verifikabbli. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ valutazzjoni adatta tas-sikurezza u argumenti u evidenza oħra.

Artikolu 7 3

3.   Bħala parti mill-għoti ta’ liċenzja lil faċilità jew attività, il-wiri ta’ sikurezza għandu jkopri l-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ attività u l-iżvilupp, l-operazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ faċilità jew l-għeluq ta’ faċilità tar-rimi kif ukoll il-fażi ta’ wara l-għeluq ta’ faċilità tar-rimi. Il-wiri ta’ sikurezza għandu jkun ta’ skala komparabbli mal-kumplessità tal-operazzjoni u l-kobor tal-perikli assoċjati mal-iskart radjuattiv u l-fjuwil użat, u l-faċilità jew l-attività. Il-proċess ta’ liċenzjar għandu jikkontribwixxi għas-sikurezza fil-faċilità jew l-attività waqt il-kondizzjonijiet normali tal-operazzjoni, okkorrenzi operattivi antiċipati u inċidenti fil-limiti tal-ippjanar. Hija għandha tipprovdi l-assigurazzjoni ta’ sikurezza meħtieġa fil-faċilità jew l-attività. Għandhom ikunu stabbiliti miżuri biex jipprevjenu aċċidenti u jimmitigaw il-konsegwenzi ta’ aċċidenti, inkluża l-verifika ta’ barrieri fiżiċi u l-proċeduri għall-protezzjoni amministrattiva tad-detentur tal-liċenzja li jkollhom ifallu qabel ma l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jkunu affettwati b’mod sinifikattiv minn radjazzjoni jonizzanti. Dak l-approċċ għandu jidentifika u jnaqqas l-inċertezzi.

Artikolu 7 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jirrikjedi li d-detenturi ta’ liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni integrati, inkluża assigurazzjoni tal-kwalità, li jagħtu l-prijorità dovuta lis-sikurezza fil-ġestjoni ġenerali ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv u li jiġu ivverifikati regolarment mill-awtorità regolatorja kompetenti.

Artikolu 7 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jirrikjedi li d-detenturi ta’ liċenzja jipprovdu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani adatti biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv kif stabbilit fil-paragrafi 1 sa 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2011 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0070
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.