|
+Artikolu 2 ---+Article 2 1. ---+Article 2 2. ---+Article 2 3. ---+Article 2 4. ---+Article 2 5. |
Artikolu 2Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens għall-iżvilupp, il- proġetti li x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikattiv fuq l-ambjent minħabba, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l- lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u valutazzjoni rigward l-effetti tagħhom fuq l-ambjent. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4. 2. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent tista' tkun integrata fil- proċeduri eżistenti għal kunsens għall-iżvilupp għal proġetti fl-Istati Membri, jew, fin-nuqqas ta' dan, fi proċeduri oħra jew fi proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti biex ikun hemm konformità mal- għanijiet ta' din id-Direttiva. 3. Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 5 ) u/jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, ikunu provduti proċeduri koordinati u/jew konġunti li jissodisfawir-rekwiżiti ta' dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni. Fil-każ ta' proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament kemm minn din id-Direttiva kif ukoll minn leġislazzjoni tal-Unjoni li mhijiex id-Direttivi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovvdu għal proċeduri koordinati u/jew konġunti. Taħt il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jikkoordinaw id-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ta' proġett partikolari fuq l-ambjent, li jkunu meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, billi jaħtru awtorità għal dan l-iskop, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Taħt il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri għandhom jipprovaw jipprovdu valutazzjoni waħda tal-impatti fuq l-ambjent ta' proġett partikolari, meħtieġa mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida fil-qasam tat-twaqqif ta' proċeduri koordinati jew konġunti għall-proġetti li huma simultanjament suġġetti għal valutazzjonijiet kemm taħt din id-Direttiva kif ukoll taħt id-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE, 2009/147/KE u 2010/75/UE. 4. Bla ħsara għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jeżentaw proġett speċifiku mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, meta l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet tinċidi b'mod ħażin fuq l-iskop tal-proġett, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom: (a) jikkunsidraw jekk għamla oħra ta’ stima tkunx approprjata; (b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija; (c) jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovduha bl-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. 5. Bla ħsara għall-Artikolu 7, f'każijiet fejn proġett huwa adottat b'att leġislattiv nazzjonali speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dak il-proġett mid-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni pubblika stabbiliti f'din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe każ ta' applikazzjoni tal-eżenjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu kull sentejn mis-16 ta' Mejju 2017 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|