+Artikolu 6
---+Article 6 1.
---+Article 6 2.
---+Article 6 3.
---+Article 6 4.
---+Article 6 5.
---+Article 6 6.
---+Article 6 7.

Artikolu 6

Artikolu 6

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew fl-ambitu tal-kompetenzi lokali u reġjonali tagħhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp, filwaqt li jittieħed kont, fejn ikun xieraq, tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f'termini ġenerali jew fuq il-bażi ta' każ b'każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri arranġamenti dettaljati għall-konsultazzjoni.

2.  Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-materji li ġejjin b'mod elettroniku u b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra xierqa kmieni fil-proċeduri tat-tfassil tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif it-tagħrif ikun jista' raġonevolment jiġi pprovdut:

▼B

(a) it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp;

(b) il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima dwar l-impatt fuq l-ambjent u, meta rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

(c) id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-teħid tad-deċiżjoni, dawk li mingħandhom jista' jinkiseb tagħrif rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u d-dettalji dwar l-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet;

(d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, meta jkun hemm wieħed, l-abbozz tad-deċiżjoni;

(e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tat-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(f) indikazzjoni dwar iż-żminijiet jew il-postijiet li fihom u l-mezzi li permezz tagħhom it-tagħrif irid jiġi magħmul disponibbli;

(g) id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'termini ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej jitpoġġa għad-disponibilità tal-pubbliku kkonċernat:

(a) kull tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5;

(b) skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti u l-pariri prinċipali mogħtija lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta jiġi mgħarraf il-pubbliku kkonċernat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(c) skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 7 ), it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Il-pubbliku kkonċernat għandu jingħata opportunitajiet minn kmieni u effettivi sabiex jipparteċipa fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent imsemmija fl-Artikolu 2(2) u għandu, għal dan il-għan, ikun intitolat li jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti qabel tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp.

▼M1

5.  L-arranġamenti dettaljati sabiex il-pubbliku jiġi informat, pereżempju bit-twaħħil ta' kartelluni f'ċertu raġġ jew pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali, u sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat, pereżempju permezz ta' sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta' inkjesta pubblika, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li t-tagħrif rilevanti jkun aċċessibbli b'mod elettroniku għall-pubbliku, permezz ta' tal-anqas portal ċentrali jew punti ta' aċċess faċilment aċċessibbli, fil-livell amministrattiv xieraq.

6.  Għandhom jiġu pprovduti termini ta' żmien raġonevoli għall-fażijiet differenti, li jippermettu żmien biżżejjed biex:

(a) jiġu infurmati l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku u

(b) l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-pubbliku kkonċernat iħejju u jipparteċipaw b'mod effikaċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

▼M1

7.  It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ta' valutazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 6 1.
Member States shall take the measures necessary to ensure that the authorities likely to be concerned by the project by reason of their specific environmental responsibilities or local and regional competences are given an opportunity to express their opinion on the information supplied by the developer and on the request for development consent, taking into account, where appropriate, the cases referred to in Article 8a(3). To that end, Member States shall designate the authorities to be consulted, either in general terms or on a case-by-case basis. The information gathered pursuant to Article 5 shall be forwarded to those authorities. Detailed arrangements for consultation shall be laid down by the Member States.
Article 6 2.

In order to ensure the effective participation of the public concerned in the decision-making procedures, the public shall be informed electronically and by public notices or by other appropriate means, of the following matters early in the environmental decision-making procedures referred to in Article 2(2) and, at the latest, as soon as information can reasonably be provided:

▼B

(a) 

the request for development consent;

(b) 

the fact that the project is subject to an environmental impact assessment procedure and, where relevant, the fact that Article 7 applies;

(c) 

details of the competent authorities responsible for taking the decision, those from which relevant information can be obtained, those to which comments or questions can be submitted, and details of the time schedule for transmitting comments or questions;

(d) 

the nature of possible decisions or, where there is one, the draft decision;

(e) 

an indication of the availability of the information gathered pursuant to Article 5;

(f) 

an indication of the times and places at which, and the means by which, the relevant information will be made available;

(g) 

details of the arrangements for public participation made pursuant to paragraph 5 of this Article.

Article 6 3.

Member States shall ensure that, within reasonable time-frames, the following is made available to the public concerned:

(a) 

any information gathered pursuant to Article 5;

(b) 

in accordance with national legislation, the main reports and advice issued to the competent authority or authorities at the time when the public concerned is informed in accordance with paragraph 2 of this Article;

(c) 

in accordance with the provisions of Directive 2003/4/EC of the European Parliament and of the Council of 28 January 2003 on public access to environmental information ( 7 ), information other than that referred to in paragraph 2 of this Article which is relevant for the decision in accordance with Article 8 of this Directive and which only becomes available after the time the public concerned was informed in accordance with paragraph 2 of this Article.

Article 6 4.
The public concerned shall be given early and effective opportunities to participate in the environmental decision-making procedures referred to in Article 2(2) and shall, for that purpose, be entitled to express comments and opinions when all options are open to the competent authority or authorities before the decision on the request for development consent is taken.
Article 6 5.
The detailed arrangements for informing the public, for example by bill posting within a certain radius or publication in local newspapers, and for consulting the public concerned, for example by written submissions or by way of a public inquiry, shall be determined by the Member States. Member States shall take the necessary measures to ensure that the relevant information is electronically accessible to the public, through at least a central portal or easily accessible points of access, at the appropriate administrative level.
Article 6 6.

Reasonable time-frames for the different phases shall be provided for, allowing sufficient time for:

(a) 

informing the authorities referred to in paragraph 1 and the public; and

(b) 

the authorities referred to in paragraph 1 and the public concerned to prepare and participate effectively in the environmental decision-making, subject to the provisions of this Article.

Article 6 7.
The time-frames for consulting the public concerned on the environmental impact assessment report referred to in Article 5(1) shall not be shorter than 30 days.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.