|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) 1. Raffineriji taż-żejt mhux maħdum (għajr l-impriżi li jiffabbrikaw biss lubrikanti miż-żejt mhux maħdum) u stallazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u l-likwefazzjoni ta’ 500 tunnellata metrika kuljum jew iktar ta’ faħam jew blat tafli bituminuż. 2. (a) Power stations termali u stallazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 megawatt jew iktar; (b) Power stations nukleari u reatturi oħra nukleari inklużi l-iżmantellament jew l-għeluq ta’ tali power stations jew reatturi nukleari ( 8 ) (għajr l-istallazzjonijiet tar-riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissili u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx il-kilowatt 1 ta’ tagħbija kontinwa termali). 3. (a) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar mill-ġdid ta’ karburant nukleari irradjat; (b) Stallazzjonijiet intiżi: (i) għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburant nukleari, (ii) għall-ipproċessar tal-karburant nukleari irradjat jew ta’ skart radjoattiv ta’ livell għoli, (iii) għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat, (iv) għar-rimi finali tal-iskart radjoattiv biss, (v) għall-ħażna (ippjanata għal iktar minn 10 snin) tal-karburanti nukleari irradjati jew ta’ skart radjoattiv biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni. 4. (a) Xogħlijiet integrati għat-tidwib tal-bidu tal-ħadid fondut u tal-azzar; (b) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid mhux maħduma minn metalli, ikkonċentrati jew materja prima sekondarja bi proċessi metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi. 5. Stallazzjonijiet għall-estrazzjoni tal-asbestos u għall-ipproċessar u t-trasformazzjoni tal-asbestos u prodotti li jkun fihom l-asbestos: għall-prodotti tas-siment tal-asbestos, bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 20 000 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, għall-materjal tal-għorik (frizzjoni), bi produzzjoni annwali ta’ iktar minn 50 tunnellata metrika ta’ prodotti lesti, u għal użi oħra tal-asbestos, b’utilizzazzjoni ta’ iktar minn 200 tunnellata metrika fis-sena. 6. Stallazzjonijiet kimiċi integrati, jiġifieri dawk l-istallazzjonijiet għall-manifattura fuq skala industrijali tas-sustanzi li jużaw proċessi ta’ konverżjoni kimika, li fihom numru ta’ unitajiet jiġu mqiegħda ħdejn xulxin biex jidher il-kuntrast ta’ bejniethom u huma funzjonalment marbuta ma’ xulxin u li huma: (a) għall-produzzjoni ta’ kimiċi organiċi bażiċi; (b) għall-produzzjoni ta’ kimiċi inorganiċi bażiċi; (c) għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti artifiċjali bbażat fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-putassju (fertilizzanti artifiċjali sempliċi jew kompost); (d) għall-produzzjoni ta’ prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta’ bijoċidi; (e) għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku; (f) għall-produzzjoni tal-isplussivi. 7. (a) Il-bini ta’ linji tal-ferrovija għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti ( 9 ) b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 m jew iktar; (b) Il-bini ta’ awtostradi u toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa ( 10 ); (c) Il-bini ta’ triq ġdida ta’ erba’ korsiji jew iktar, l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ triq eżistenti ta’ żewġ korsiji jew iktar sabiex tipprovdi għal erba’ korsiji jew iktar, fejn din it-triq ġdida jew sezzjoni tat-triq allinjata mill-ġdid u/jew imwessgħa tkun iktar min 10 km jew f’ tul iktar li ma jaqta’ xejn. 8. (a) Passaġġi interni navigabbli u portijiet għan-navigazzjoni f’passaġġi interni li jippermettu l-passaġġ ta’ bastimenti ta’ ‘l fuq minn 1 350 tunnellata metrika; (b) Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda mal-art u ‘l barra mill-portijiet (minbarra mollijiet tal-laneċ) li jistgħu jieħdu bastimenti ta’ iktar minn 1 350 tunnellata metrika. 9. Stallazzjonijiet tar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni, it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart ( 11 ) taħt l-intestatura D9, jew radam tal-iskart perikoluż, kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva. 10. Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku definit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE taħt l-intestatura D9 tal-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-100 tunnellata metrika kuljum. 11. L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art jew skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art fejn il-volum annwali ta’ ilma estratt jew introdott mill-ġdid huwa ekwivalenti għal jew jaqbeż il-10 miljun metru kubu. 12. (a) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn dak it-trasferiment jimmira li jipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ ilma u fejn l-ammont ta’ ilma ttrasferit jaqbeż il-100 miljun metru kubu fis-sena; (b) Fil-każi l-oħra kollha, ix-xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar fejn il-fluss medju fuq ħafna snin tal-baċin minn fejn l-ilma jiġi estratt jaqbeż il-2 000 miljun metru kubu fis-sena u fejn l-ammont tal-ilma ttrasferit jaqbeż il-5 % ta’ dak il-fluss. Fiż-żewġ każi huma esklużi t-trasferimenti tal-ilma tax-xorb bil-pajpijiet. 13. Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi b’kapaċità li taqbeż l-ekwivalenti ta’ popolazzjoni ta’ 150 000 kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi ( 12 ). 14. L-estrazzjoni tal-petrolju u tal-gass naturali għal għanijiet kummerċjali fejn l-ammont estratt jaqbeż il-500 tunnellata metrika kuljum fil-każ tal-petrolju u l-500 000 metru kubu kuljum fil-każ tal-gass. 15. Digi u stallazzjonijiet oħra maħsuba biex iżommu lura jew jaħżnu l-ilma permanentement, fejn l-ammont tal-ilma ġdid jew addizzjonali miżmum lura jew maħżun jaqbeż il-10 miljuni metru kubu. 16. Pipelines b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km: (a) għat-trasport ta’ gass, żejt, sustanzi kimiċi; (b) għat-trasport ta’ nixxigħat tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati. 17. Stallazzjoni għat-tkabbir intensiv tat-tjur jew tal-ħnieżer b’iktar minn: (a) 85 000 post għall-kapuċċelli, 60 000 post għat-tiġieġ; (b) 3 000 post għall-ħnieżer ta’ produzzjoni (ta’ iktar minn 30 kg); jew (c) 900 post għall-majjaliet. 18. Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’: (a) polpa mill-injam tas-siġar jew minn materjali fibrużi simili; (b) karta u kartun b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika kuljum. 19. Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa fejn il-wiċċ tal-art jaqbeż il-25 ettaru, jew l-estrazzjoni tal-pit, fejn il-wiċċ tal-art fuq il-post jaqbeż il-150 ettaru. 20. Il-bini ta’ kejblijiet tal-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km. 21. Stallazzjonijiet għall-ħażna tal-petrolju, tal-petrokimika jew ta’ prodotti kimiċi b’kapaċità ta’ 200 000 tunnellata metrika jew iktar. 22. Siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ( 13 ). 23. Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 ikun ta’ 1,5 mega tunnellati jew aktar. 24. Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti elenkati f’dan l-Anness meta tali bidla jew estensjoni fiha nfisha tilħaq il-livelli, jekk ikun hemm, iddikjarati f’dan l-Anness. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|