+ANNESS II

ANNESS II

ANNESS II

IL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)

1.   IL-BIEDJA, IS-SILVIKULTURA U L-AKKWAKULTURA

(a) Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali;

(b) Proġetti għall-użu ta’ raba’ mhux ikkultivat jew ta’ żoni semi-naturali bil-għan ta’ biedja intensiva;

(c) Proġetti għall-immaniġġjar tal-ilma għall-biedja, inklużi t-tisqija u proġetti għat-tnixxif ta’ artijiet mgħaddra;

(d) L-afforestazzjoni u d-deforestazzjoni tal-bidu bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art;

(e) Stallazzjonijiet għat-tkabbir b’mod intensiv tal-annimali tal-irziezet (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(f) Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv;

(g) Riklamazzjoni tal-art mill-baħar.

2.   L-INDUSTRIJA TAL-ESTRAZZJONI

(a) Barrieri, minjieri miftuħa u l-estrazzjoni tal-pit (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Minjieri taħt l-art;

(c) L-estrazzjoni tal-minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;

(d) Tħaffir fil-fond bil-berrini, b’mod partikolari:

(i) tħaffir ġeotermiku,

(ii) tħaffir għall-ħażna ta’ materjal ta’ skart nukleari,

(iii) tħaffir għall-provvisti tal-ilma,

minbarra tħaffir sabiex tiġi investigata l-istabbilità tal-ħamrija;

(e) Stallazzjonijiet industrijali fuq il-wiċċ tal-art għall-estrazzjoni tal-faħam, tal-petrolju, tal-gass naturali u tal-minerali, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.

3.   L-INDUSTRIJA TAL-ENERĠIJA

(a) Stallazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-elettriku, il-fwar u l-misħun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Stallazzjonijiet industrijali għall-ġarr tal-gass, il-fwar u l-misħun; it-trasmissjoni tal-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c) Il-ħażna fuq l-art tal-gass naturali;

(d) Il-ħażna taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli;

(e) Il-ħażna fuq l-art tal-karburanti fossili;

(f) Il-bini industrijali ta’ blokki/briksijiet tal-faħam u tal-linjit;

(g) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-ħażna ta’ skart radjoattiv (għajr jekk inkluż fl-Anness I);

(h) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-enerġija idro-elettrika;

(i) Stallazzjonijiet li jużaw il-qawwa tar-riħ għall-produzzjoni tal-enerġija (oqsma ta’ mtieħen tar-riħ);

(j) Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku taħt id-Direttiva 2009/31/KE minn stallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.

4.   IL-PRODUZZJONI U L-IPPROĊESSAR TAL-METALLI

(a) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid fondut u tal-azzar (fużjoni primarja u sekondarja) inkluż it-tidwib kontinwu;

(b) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar tal-metalli tal-ħadid;

(i) fabbriki tar-rumblar bis-sħana,

(ii) postijiet tax-xogħol tal-ħadid bil-mazez,

(iii) l-applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi bil-metall fużjonat;

(c) Funderiji tal-metalli tal-ħadid;

(d) Stallazzjonijiet għat-tidwib, inkluż l-għemil tal-illiġi, ta’ metalli mhux tal-ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, titwib bil-forġa, eċċ.);

(e) Stallazzjonijiet għat-trattament fuq l-art tal-metalli u ta’ materjali tal-plastika li jużaw proċessi kimiċi jew tal-elettrolisi;

(f) Il-manifattura u l-immuntar ta’ vetturi bil-mutur u l-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur;

(g) Tarzni;

(h) Stallazzjonijiet għall-bini u t-tiswija ta’ vetturi tal-ajru;

(i) Il-manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji;

(j) It-tagħwiġ tal-metall (“swaging”) bl-isplussivi;

(k) Stallazzjonijiet għall-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.

5.   L-INDUSTRIJA MINERARJA

(a) Fran tal-kokk (distillazzjoni tal-faħam niexef);

(b) Stallazzjonijiet għall-manifattura tas-siment;

(c) Stallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti tal-asbestos (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ (“glass fibre”);

(e) Stallazzjonijiet għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ;

(f) Il-manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, briksijiet refrattorji, madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.

6.   L-INDUSTRIJA KIMIKA (PROĠETTI MHUX INKLUŻI FL-ANNESS I)

(a) It-trattament ta’ prodotti intermedji u l-produzzjoni ta’ oġġetti tal-kimika;

(b) Il-produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi;

(c) Faċilitajiet għall-ħażna tal-petrolju, ta’ prodotti petrokimiċi u kimiċi.

7.   L-INDUSTRIJA TAL-IKEL

(a) Il-manifattura ta’ żjut u xaħmijiet mill-ħxejjex tal-ikel u mill-annimali;

(b) L-imballaġġ u t-tqegħid fil-landi ta’ prodotti mill-annimali u mill-ħxejjex tal-ikel;

(c) Il-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib;

(d) Il-manifattura tal-birra u tal-maltu;

(e) Il-manifattura tal-ħelu u x-xiroppi;

(f) Stallazzjonijiet għall-qtil tal-annimali;

(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura tal-lamtu artifiċjali;

(h) Fabbriki tal-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut;

(i) Fabbriki taz-zokkor.

8.   L-INDUSTRIJI TAT-TESSUTI, TAL-INJAM U TAL-KARTA

(a) Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(b) Impjanti għat-trattament minn qabel (xogħlijiet bħall-ħasil, il-bliċjar, merċerizzazzjoni) jew għall-għoti tal-kulur lill-fibri jew lit-tessuti;

(c) Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud;

(d) Stallazzjonijiet għall-ipproċessar u l-produzzjoni taċ-ċellulosi.

9.   L-INDUSTRIJA TAL-LASTIKU

Il-manifattura u t-trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.

10.   PROĠETTI TA’ INFRASTRUTTURA

(a) Proġetti ta’ żvilupp ta’ oqsma industrijali;

(b) Proġetti ta’ żvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u ta’ parkeġġi għall-karozzi;

(c) Il-bini ta’ ferroviji u ta’ faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Il-bini ta’ ajrudromi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(e) Il-bini ta’ toroq, portijiet u stallazjonijiet tal-portijiet, inklużi menqiet għall-bastimenti tas-sajd (proġett mhux inklużi fl-Anness I);

(f) Il-bini ta’ passaġġi interni navigabbli mhux inklużi fl-Anness I, il-bini ta’ kanali u xogħlijiet għall-ilqugħ tal-ilma mill-ħamliet;

(g) Digi u stallazzjonijiet oħra ddisinjati bil-ħsieb li jżommu l-ilma jew jaħżnuh fuq bażi fit-tul (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(h) Linji tat-tramm, ferroviji fil-għoli jew taħt l-art, linji tal-kejblijiet fil-għoli jew linji simili ta’ tip partikolari, użati esklużivament jew fil-biċċa l-kbira għat-trasport tal-passiġġieri;

(i) Stallazzjonijiet ta’ oleodotti u gassdotti u linji ta’ pajpijiet għat-trasport ta’ nixxigħat ta’ CO2 għall-finijiet ta’ ħżin ġeoloġiku (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(j) Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal;

(k) Xogħol kostali biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, pereżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet minn dawn;

(l) L-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u skemi ta’ introduzzjoni mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-ilma ta’ taħt l-art mhux inklużi fl-Anness I;

(m) Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi tal-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar mhux inklużi fl-Anness I.

11.   PROĠETTI OĦRA

(a) Korsi permanenti tat-tiġrija tal-vetturi bil-mutur u tal-prova tagħhom;

(b) Stallazzjonijiet għar-rimi tal-iskart (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(c) Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi (proġetti mhux inklużi fl-Anness I);

(d) Siti għad-depożitu tat-tjun;

(e) Il-ħażna tal-ħadid għall-iskart, inklużi l-vetturi skartati;

(f) Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi;

(g) Stallazzjonijiet għall-manifattura ta’ fibri minerali artifiċjali;

(h) Stallazzjonijiet għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi;

(i) Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut.

12.   IT-TURIŻMU U L-ĦIN LIBERU

(a) Korsi għall-ġiri bl-iski, seġġjoviji u funikulari u żviluppi assoċjati;

(b) Marini;

(c) Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi’l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom;

(d) Siti permanenti għall-kampeġġ u siti għall-karavanijiet;

(e) Theme parks.

13.

(a) Kull bidla jew estensjoni tal-proġetti mniżżla fl-Anness I jew f’dan l-Anness, diġà awtorizzati, imwettqa jew fil-proċess tat-twettiq, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent (bidla jew estensjoni mhux inkluża fl-Anness I);

(b) Il-proġetti fl-Anness I, magħmula esklużivament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom għall-iżvilupp u l-eżami ta’ metodi jew prodotti ġodda u li ma jkunux ilhom użati għal iktar minn sentejn.

▼M1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.