|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(1)
“emissjoni fl-arja” tfisser fluss fiżiku ta’ materjali gassużi jew ta’ partikuli mill-ekonomika nazzjonali (proċessi ta’ produzzjoni jew konsum) fl-atmosfera (bħala parti mis-sistema ambjentali);
(2)
“taxxa marbuta mal-ambjent” tfisser taxxa li l-bażi tagħha hija unità fiżika (jew approssimazzjoni ta’ unità fiżika) ta’ xi ħaġa li hemm provi li għandha impatt negattiv speċifiku fuq l-ambjent, u li hija identifikata fl- ►M3 ESA 2010 ◄ bħala taxxa);
(3)
“kontijiet tal-fluss ta” materjal mifrux mal-ekonomija kollha (EW-MFA) tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tad-dħul materjali fl-ekonomiji nazzjonali, il-bidliet fil-ħażna materjali fl-ekonomija u l-ħruġ materjali lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent;
(4)
“infiq għall-protezzjoni ambjentali” tfisser ir-riżorsi ekonomiċi ddedikati għall-protezzjoni ambjentali mill-unitajiet residenti. Il-protezzjoni ambjentali tinkludi l-attivitajiet u l-azzjonijiet kollha li għandhom bħala skop ewlieni l-prevenzjoni, it-tnaqqis u t-tneħħija tat-tniġġis u ta' kwalunkwe degradazzjoni oħra tal-ambjent. Dawk l-attivitajiet u azzjonijiet jinkludu l-miżuri kollha meħuda sabiex jagħtu mill-ġdid il-ħajja lill-ambjent wara li jkun ġie degradat. Huma esklużi minn din id-definizzjoni l-attivitajiet li, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent, jissodisfaw primarjament il-bżonnijiet tekniċi jew ir-rekwiżiti interni għall-iġjene jew is-sikurezza u s-sigurtà ta' intrapriża jew ta' istituzzjoni oħra;
(5)
“settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali” tfisser dawk l-attivitajiet ta' produzzjoni ta' ekonomija nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali (oġġetti u servizzi ambjentali). Il-prodotti ambjentali ġew prodotti għall-protezzjoni ambjentali kif imsemmi fit-tieni sentenza tal-punt (4) u għall-ġestjoni tar-riżorsi. Il-ġestjoni tar-riżorsi tinkludi l-preservazzjoni, iż-żamma u t-tisħiħ tal-istokk ta' riżorsi naturali u għalhekk is-salvagwardja ta' dawk ir-riżorsi kontra t-tnaqqis tagħhom;
(6)
“kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija” tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tal-flussi fiżiċi ta' enerġija fl-ekonomiji nazzjonali, il-flussi li jiċċirkolaw fl-ekonomiji u l-ħruġ lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent;
(7)
“kontijiet forestali” tfisser kontijiet tal-assi għar-riżorsi forestali, li jinkludu art imsaġġra u injam f'art imsaġġra, u l-kontijiet tal-attività ekonomika għall-forestrija u l-qtugħ tas-siġar għall-injam;
(8)
“sussidji ambjentali u trasferimenti simili” tfisser trasferimenti attwali u kapitali skont it-tifsira tal-ESA 2010, maħsuba biex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u jissalvagwardjaw ir-riżorsi naturali u l-prodotti relatati;
(9)
“kontijiet tal-ekosistema” tfisser sett ta' kontijiet imfassla sabiex jipprovdu informazzjoni konsistenti dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi u dwar il-flussi tas-servizzi minn dawk l-ekosistemi lejn is-sistema soċjoekonomika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|