+ANNESS V MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI

ANNESS V MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI




ANNESS V

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI

Taqsima 1

GĦANIJIET

L-istatistika dwar il-prodotti u s-servizzi ambjentali jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-ekonomiji nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali b'mod li tkun kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont l-ESA.

Il-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandhom jagħmlu użu ta' informazzjoni li diġà teżisti mill-kontijiet nazzjonali, statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-prodotti u s-servizzi ambjentali mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandu l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u jikkonsisti fil-prodotti u s-servizzi ambjentali kollha li jinħolqu fil-konfini ta' produzzjoni. L-ESA tiddefinixxi l-produzzjoni bħala l-attività li titwettaq taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' unità istituzzjonali li tuża riżorsi bħal ħidma, kapital u prodotti u servizzi, biex tipproduċi prodotti u servizzi.

Il-prodotti u s-servizzi ambjentali jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bl-iskop unikament ambjentali (prodotti konness), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali.

▼M5

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
l-output tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fit-totalità tiegħu u tal-attivitajiet tas-suq,
— 
l-esportazzjonijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fit-totalità tiegħu,
— 
il-valur miżjud tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fit-totalità tiegħu u tal-attivitajiet tas-suq,
— 
l-impjieg fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fit-totalità tiegħu u fl-attivitajiet tas-suq,
— 
il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (FGKF) għall-attivitajiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, imqassma skont il-korporazzjonijiet, il-gvern u l-unitajiet domestiċi flimkien ma’ istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH),
— 
il-FGKF għall-prodotti li jimmitigaw it-tibdil fil-klima, li mhumiex diġà inklużi fil-FGKF għal attivitajiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, imqassma skont il-korporazzjonijiet, il-gvern u l-unitajiet domestiċi flimkien mal-NPISH,
— 
il-konsum finali tal-prodotti li jimmitigaw t-tibdil fil-klima, imqassam skont il-gvern u l-unitajiet domestiċi flimkien mal-NPISH.

Id-data kollha għandha tiġi rapportata f’miljuni, fil-munita nazzjonali, għajr għall-karatteristika tal-“impjiegi” li għaliha l-unità ta’ rapportar għandha tkun “ekwivalenti full-time”.

▼M2

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 22 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2020.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u fil-ħin, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal- ►M3  EU-27 ◄ għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2020.

5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n – 2, n – 1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2018.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPORTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rapportata bil-klassifikazzjoni inkroċjata:

▼M4

— 
klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE miġbura kif ġej:
— 
NACE A
— 
NACE B
— 
NACE C
— 
NACE D
— 
NACE E
— 
NACE F
— 
NACE J + NACE K
— 
NACE N
— 
NACE P
— 
NACE Q
— 
Somma tan-NACE G + NACE H + NACE I + NACE L + NACE M + NACE O + NACE R + NACE S + NACE T + NACE U + NACE V

▼M5

— 
gruppi tal-klassifikazzjoni tal-iskopijiet ambjentali (CEP) raggruppati kif ġej:
— 
CEP 01 — Arja u Klima;
— 
CEP 0201 — Enerġija minn sorsi rinnovabbli;
— 
CEP 0202 — Iffrankar u ġestjoni tal-enerġija;
— 
CEP 0301 — Ġestjoni tal-ilma mormi;
— 
CEP 0302 — Iffrankar tal-ilma u ġestjoni tar-riżorsi naturali tal-ilma;
— 
CEP 0401 — Ġestjoni tal-iskart;
— 
CEP 0402 — Irkupru u ffrankar ta’ materjali;
— 
CEP 0501 — Protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art;
— 
CEP 0502 — Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ;
— 
CEP 0503 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti;
— 
CEP 06 — Storbju u radjazzjoni;
— 
Is-somma ta’ CEP 0701, CEP 0703, CEP 0705, CEP 0707, CEP 0709 — R&Ż għat-tnaqqis u l-kontroll tal-emissjonijiet tal-arja, għall-ġestjoni tal-ilma mormi, għall-ġestjoni tal-iskart, għall-ħamrija, l-ilma tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, u l-bijodiversità, u għall-istorbju u r-radjazzjoni;
— 
Is-somma ta’ CEP 0702, CEP 0704, CEP 0706, CEP 0708 — R&Ż għall-enerġija, għar-riżorsi tal-ilma, għall-irkupru u l-iffrankar tal-materjali u għall-ġestjoni tal-foresti;
— 
CEP 08 — Skopijiet trasversali u oħrajn ambjentali.

▼M5 —————

▼M1

Taqsima 6

TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R0691
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.