+Artikolu 3 Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
|
Artikolu 3 Il-projbizzjoni tan-negozju permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-persuni li jkollhom informazzjoni privileġġata b'rabta ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jiġu pprojbiti milli:
(a)
jużaw dik l-informazzjoni billi jakkwistaw jew ibigħu, jew billi jippruvaw jakkwistaw jew ibigħu, għalihom infushom jew f'isem parti terza, kemm direttament kemm indirettament, prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni;
(b)
jiżvelaw dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna oħra sakemm tali żvelar ma jsirx matul l-eżerċizzju normali tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom;
(c)
jirrakkomandaw jew jipperswadu lil persuna oħra, fuq il-bażi ta’ informazzjoni privileġġata, biex takkwista jew tbigħ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li magħhom tkun relatata dik l-informazzjoni.
L-użu tal-informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni, jew kwalunkwe azzjoni ta’ negozjar oħra rigward prodott tal-enerġija bl-ingrossa li dwaru hija relatata l-informazzjoni, meta l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata tkun ġiet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata, għandu jitqies ukoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Il-projbizzjoni stabbilta fil-paragrafu 1 tapplika għall-persuni li ġejjin li jkollhom informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa:
(a)
membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ impriża;
(b)
persuni li jkollhom ishma fil-kapital ta’ impriża;
(c)
persuni b'aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju tal-impjieg, tal-professjoni jew tad-dmirijiet tagħhom;
(d)
persuni li akkwistaw tali informazzjoni permezz ta’ attività kriminali;
(e)
persuni li jafu, jew misshom jafu, li hija informazzjoni privileġġata.
|
|
Artikolu 3 3.
|
Il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni meta jixtru
►M2
elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ sabiex jiżguraw li s-sistema taħdem f'sikurezza u f'sigurtà skont l-obbligi tagħhom taħt il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/72/KE jew il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/73/KE.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal:
(a)
tranżazzjonijiet li jsiru sabiex jitwettaq obbligu li jkun sar dovut ħalli jkunu akkwistati jew jinbiegħu prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fejn dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim li ġie konkluż jew ordni biex isir negozju mqiegħda qabel ma l-persuna konċernata kellha pussess tal-informazzjoni privileġġata;
(b)
tranżazzjonijiet li jkunu daħlu fihom il-produtturi tal-elettriku u tal-gass naturali, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass naturali jew operaturi tal-faċilitajiet-LNG tal-importazzjoni li l-iskop uniku tagħhom ikun li jkopru t-telf fiżiku immedjat li jirriżulta mill-qtugħ fil-provvista mhux ippjanat, fejn jekk dan ma jsirx, il-parteċipant fis-suq ma jkunx jista' jissodisfa obbligi kuntrattwali eżistenti jew meta tali azzjoni ssir bi ftehim mal-operatur(i) tas-sistema ta’ trażmissjoni konċernat(i) sabiex ikun żgurat l-operat b'sigurtà u b'sikurezza tas-sistema. F'tali sitwazzjoni, l-informazzjoni rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet għandha tiġi rrappurtata lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Dan l-obbligu ta’ rappurtar huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu previst fl-Artikolu 4(1);
(c)
parteċipanti fis-suq li jaġixxu taħt regoli ta’ emerġenza nazzjonali, fejn intervjenew awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw il-provvista
►M2
tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ u ġew sospiżi l-mekkaniżmi tas-suq fi Stat Membru jew f'partijiet minnu. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għall-ippjanar tal-emerġenzi għandha tiżgura l-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Fejn il-persuna li jkollha informazzjoni privileġġata relatata ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa tkun persuna ġuridika, il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-persuni fiżiċi li jieħdu sehem fid-deċiżjoni biex titwettaq it-tranżazzjoni f'isem il-persuna ġuridika konċernata.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Meta informazzjoni tinxtered għall-iskopijiet tal-ġurnaliżmu jew l-espressjoni artistika, tixrid ta’ informazzjoni ta’ din ix-xorta għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'midja oħra, sakemm:
(a)
dawk il-persuni ma jiksbux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni inkwistjoni; jew
(b)
l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li s-suq jiġi żgwidat fir-rigward tal-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|