+Artikolu 3 4.

Artikolu 3 4.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal:

(a) 

tranżazzjonijiet li jsiru sabiex jitwettaq obbligu li jkun sar dovut ħalli jkunu akkwistati jew jinbiegħu prodotti tal-enerġija bl-ingrossa fejn dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim li ġie konkluż jew ordni biex isir negozju mqiegħda qabel ma l-persuna konċernata kellha pussess tal-informazzjoni privileġġata;

(b) 

tranżazzjonijiet li jkunu daħlu fihom il-produtturi tal-elettriku u tal-gass naturali, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass naturali jew operaturi tal-faċilitajiet-LNG tal-importazzjoni li l-iskop uniku tagħhom ikun li jkopru t-telf fiżiku immedjat li jirriżulta mill-qtugħ fil-provvista mhux ippjanat, fejn jekk dan ma jsirx, il-parteċipant fis-suq ma jkunx jista' jissodisfa obbligi kuntrattwali eżistenti jew meta tali azzjoni ssir bi ftehim mal-operatur(i) tas-sistema ta’ trażmissjoni konċernat(i) sabiex ikun żgurat l-operat b'sigurtà u b'sikurezza tas-sistema. F'tali sitwazzjoni, l-informazzjoni rilevanti relatata mat-tranżazzjonijiet għandha tiġi rrappurtata lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali. Dan l-obbligu ta’ rappurtar huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu previst fl-Artikolu 4(1);

(c) 

parteċipanti fis-suq li jaġixxu taħt regoli ta’ emerġenza nazzjonali, fejn intervjenew awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw il-provvista ►M2  tal-elettriku, idroġenu jew gass naturali ◄ u ġew sospiżi l-mekkaniżmi tas-suq fi Stat Membru jew f'partijiet minnu. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għall-ippjanar tal-emerġenzi għandha tiżgura l-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 4.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.