|
+Artikolu 4a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata |
Artikolu 4a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġataArtikolu 4a L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata
8.
Sat-8 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika:
(a)
il-mezzi li bihom l-IIP għandha tissodisfa l-obbligu li tagħmel pubblika l-informazzjoni privileġġata stabbilita fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
il-kontenut u kwalunkwe dettal ulterjuri rilevanti tal-informazzjoni privileġġata ppubblikata skont il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li tkun tista’ tiġi ppubblikata l-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu;
(c)
ir-rekwiżiti organizzattivi speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;
(d)
id-dettalji dwar il-proċess tal-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ IIP imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;
(e)
is-salvagwardji proċedurali msemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu;
(f)
id-dettalji dwar il-proċess ta’ sostituzzjoni ordnata msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;
(g)
l-arranġamenti dettaljati biex il-parteċipanti fis-suq jiġu infurmati b’deċiżjoni li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ta’ IIP; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|