+Artikolu 9 Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
|
Artikolu 9 Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Il-parteċipanti fis-suq li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jenħtieġ li jiġu rrappurtati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1) għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew residenti. Sat-8 ta’ Novembru 2024, il-parteċipanti fis-suq stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jenħtieġ li jiġu rrappurtati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1):
(a)
għandhom jaħtru rappreżentant fi Stat Membru li fih il-parteċipanti fis-suq ikunu attivi fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Ir-rappreżentant għandu jinħatar b’mandat bil-miktub u għandu jkun awtorizzat biex jaġixxi f’isem il-parteċipant fis-suq;
(b)
għandhom jagħtu mandat lir-rappreżentant maħtur tagħhom bl-għan li dan jiġi indirizzat flimkien ma’ jew f’isimhom,, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-Aġenzija, dwar il-kwistjonijiet kollha meħtieġa għar-riċeviment ta’, il-konformità ma’ u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet jew talbiet għal informazzjoni maħruġa b’rabta ma’ dan ir-Regolament;
(c)
għandhom jipprovdu lir-rappreżentant maħtur tagħhom bis-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jiggarantixxu l-kooperazzjoni effiċjenti u f’waqtha tagħhom mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mal-Aġenzija u biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet u t-talbiet għal informazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew tal-Aġenzija maħruġa b’rabta ma’ dan ir-Regolament, inkluż billi jipprovdu aċċess għall-informazzjoni mitluba; u
(d)
għandhom jinnotifikaw l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali u n-numru tat-telefon tar-rappreżentant maħtur tagħhom lill-Aġenzija u lill-awtoritàregolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn dak ir-rappreżentant maħtur jirrisjedi jew huwa stabbilit u l-Aġenzija.;
Il-ħatra ta’ rappreżentant għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-parteċipant fis-suq innifsu. Parteċipant fis-suq għandu jirreġistra biss ma’ awtorità regolatorja nazzjonali waħda. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li parteċipant fis-suq diġà rreġistrat fi Stat Membru ieħor jerġa' jirreġistra. Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar in-negozjar u l-ibbilanċjar.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data li fiha l-Kummissjoni tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu reġistri nazzjonali ta’ parteċipanti fis-suq li għandhom iżommu aġġornati. Ir-reġistru għandu jagħti lil kull parteċipant fis-suq identifikatur uniku u għandu jkun fih informazzjoni biżżejjed biex jiġi identifikat il-parteċipant fis-suq, inklużi dettalji rilevanti rigward in-numru tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-post ta’ stabbiliment tiegħu, il-persuni responsabbli mid-deċiżjonijiet operattivi u kummerċjali tiegħu, u l-kontrollur jew benefiċjarju aħħari tal-attivitajiet kummerċjali tal-parteċipant fis-suq.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jittrażmettu l-informazzjoni fir-reġistri nazzjonali tagħhom lill-Aġenzija f’format determinat mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha, b’kooperazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet, tiddetermina dak il-format u għandha tippubblikah. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi reġistru Ewropew ta’ parteċipanti fis-suq. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra għandu jkollhom aċċess għar-reġistru Ewropew. Skont l-Artikolu 17, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-reġistru Ewropew tal-parteċipanti fis-suq, jew partijiet minnu, disponibbli għall-pubbliku sakemm ma tkunx żvelata informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar parteċipanti fis-suq individwali.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Il-parteċipanti fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iressqu l-formola ta’ reġistrazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma jibdew tranżazzjoni li jeħtieġ li tiġi rrapportata lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1).
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-parteċipanti fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtorità regolatorja nazzjonali kwalunkwe bidla li tkun saret fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija fil-formola ta’ reġistrazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|