+Artikolu 9 1.

Artikolu 9 1.

Il-parteċipanti fis-suq li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jenħtieġ li jiġu rrappurtati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1) għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew residenti.

Sat-8 ta’ Novembru 2024, il-parteċipanti fis-suq stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jenħtieġ li jiġu rrappurtati lill-Aġenzija skont l-Artikolu 8(1):

(a) 

għandhom jaħtru rappreżentant fi Stat Membru li fih il-parteċipanti fis-suq ikunu attivi fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Ir-rappreżentant għandu jinħatar b’mandat bil-miktub u għandu jkun awtorizzat biex jaġixxi f’isem il-parteċipant fis-suq;

(b) 

għandhom jagħtu mandat lir-rappreżentant maħtur tagħhom bl-għan li dan jiġi indirizzat flimkien ma’ jew f’isimhom,, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-Aġenzija, dwar il-kwistjonijiet kollha meħtieġa għar-riċeviment ta’, il-konformità ma’ u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet jew talbiet għal informazzjoni maħruġa b’rabta ma’ dan ir-Regolament;

(c) 

għandhom jipprovdu lir-rappreżentant maħtur tagħhom bis-setgħat u l-mezzi meħtieġa biex jiggarantixxu l-kooperazzjoni effiċjenti u f’waqtha tagħhom mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mal-Aġenzija u biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet u t-talbiet għal informazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew tal-Aġenzija maħruġa b’rabta ma’ dan ir-Regolament, inkluż billi jipprovdu aċċess għall-informazzjoni mitluba; u

(d) 

għandhom jinnotifikaw l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali u n-numru tat-telefon tar-rappreżentant maħtur tagħhom lill-Aġenzija u lill-awtoritàregolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn dak ir-rappreżentant maħtur jirrisjedi jew huwa stabbilit u l-Aġenzija.;

Il-ħatra ta’ rappreżentant għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-parteċipant fis-suq innifsu.

Parteċipant fis-suq għandu jirreġistra biss ma’ awtorità regolatorja nazzjonali waħda. L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu li parteċipant fis-suq diġà rreġistrat fi Stat Membru ieħor jerġa' jirreġistra.

Ir-reġistrazzjoni tal-parteċipanti fis-suq hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar in-negozjar u l-ibbilanċjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.