+Artikolu 10 Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u awtoritajiet oħrajn
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Aġenzija u awtoritajiet oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi mekkaniżmi biex tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti finanzjarji tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-ESMA, il-EUROFISC u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni. Qabel ma tistabbilixxi dawn il-mekkaniżmi, l-Aġenzija għandha tikkonsulta ma’ dawk l-awtoritajiet. L-Aġenzija għandha tagħti aċċess għall-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu biss lill-awtoritajiet li jkunu stabbilixxew sistemi li jippermettu lill-Aġenzija tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1).
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jirċievu f’konformità mal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8 mal-awtoritajiet kompetenti finanzjarji tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u awtoritajiet rilevanti oħra fil-livell nazzjonali. Qabel ma tistabbilixxi tali mekkaniżmi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u ma’ dawk l-awtoritajiet dwar tali mekkaniżmi, sakemm tali mekkaniżmi ma jkunux ġew stabbiliti qabel is-7 ta’ Mejju 2024. L-Aġenzija, fejn xieraq, għandha toħroġ linji gwida mhux vinkolanti biex tiffaċilita l-istabbiliment ta’ tali mekkaniżmi mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m’għandhomx jagħtu aċċess għall-mekkaniżmi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ħlief lill-awtoritajiet li stabbilew sistemi li jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 12(1).
|
|
Artikolu 10 3.
|
Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti skont leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija l-informazzjoni rilevanti kollha li ġabru dwar il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u d-derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet. L-AETS għandha tittrażmetti lill-Aġenzija rapporti ta’ tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu rċevew skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE u skont il- leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar transazzjonijiet derivati, kontropartiti ċentrali u repożitarji ta’ tranżazzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapporti ta’ tranżazzjonijiet fi prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jkunu rċevew skont l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jittrażmettu dawk ir-rapporti lill-Aġenzija. L-Aġenzija u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet jew ta’ derivati relatati mal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa li jipprovdu aċċess lill-Aġenzija għar-reġistri tat-tranżazzjonijiet f'dawn il-kwoti u-derivati fejn dawk l-awtoritajiet jiġbru informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bħal dawn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|