+Artikolu 13b Talba għal informazzjoni
---+Artikolu 13b 1.
---+Artikolu 13b 2.
---+Artikolu 13b 3.
---+Artikolu 13b 4.
---+Artikolu 13b 5.
---+Artikolu 13b 6.

Artikolu 13b Talba għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13b 1.

Meta l-Aġenzija titlob dan, kwalunkwe persuna għandha tipprovdilha l-informazzjoni meħtieġa biex tissodisfa l-obbligi tal-Aġenzija stabbiliti fl-Artikolu 13 (5) u (8). Meta tintalab, l-Aġenzija għandha:

(a) 

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba;

(b) 

tiddikjara l-għan tat-talba;

(c) 

tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa, u skont liema format tad-data;

(d) 

tistabbilixxi limitu taż-żmien, proporzjonat għat-talba, sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;

(e) 

tinforma lill-persuna li t-tweġiba tat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa.

Artikolu 13b 2.
Għall-finijiet tat-talbiet għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandu jkollha wkoll is-setgħa li tadotta deċiżjonijiet. F’tali deċiżjoni, l-Aġenzija għandha, minbarra l-elementi elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tindika l-obbligu tal-persuna li twieġeb għat-talba, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 13g meta l-persuna kkonċernata ma tikkonformax mat-talba, u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

B’deroga mill-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942, id-deċiżjoni tal-Aġenzija għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss.

Artikolu 13b 3.
Il-persuni li qegħdin jirċievu talba għall-informazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2, jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Dawn il-persuni għandhom ikunu kompletament responsabbli biex tiżgura li l-informazzjoni mogħtija hija kompluta, korretta u mhux qarrieqa.
Artikolu 13b 4.
Meta l-uffiċjali, u persuni awtorizzati jew maħtura mill-Aġenzija jsibu li persuna ma tkunx konformi ma’ talba għall-informazzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha, fuq talba tal-Aġenzija, tipprovdi lill-Aġenzija l-assistenza meħtieġa biex jiġi żgurat it-twettiq tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3, inkluż bl-impożizzjoni ta’ multi f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.
Artikolu 13b 5.
Meta l-uffiċjali, u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura mill-Aġenzija, isibu li xi persuna tkun qed tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba, l-Aġenzija tista’ tasal għal konklużjonijiet abbażi tal-informazzjoni disponibbli.
Artikolu 13b 6.
L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba msemmija fil-paragrafu 1 jew tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.