|
Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikolu 13g għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun irregolat mir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli tal-Istati Membri kkonċernati. L-ordni għall-infurzar tagħha għandha tkun mehmuża mad-deċiżjoni tal-Aġenzija mingħajr l-ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali li l-gvern ta’ kull Stat Membru għandu jaħtar għal dak l-iskop, u li din għandha tiġi kkomunikata lill-Aġenzija u lill-Qorti tal-Ġustizzja. Meta l-awtorità nazzjonali maħtura tkun lestiet il-formalitajiet imsemmija fit-tielet subparagrafu, wara applikazzjoni mill-Aġenzija, l-Aġenzija tista’ tipproċedi għall-infurzar f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità nazzjonali maħtura. L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, il-qrati tal-Istati Membri kkonċernati għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq l-ilmenti dwar il-fatt li l-infurzar ikun qed isir b’mod irregolari.
|