+Artikolu 15 Obbligi tal-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.

Artikolu 15 Obbligi tal-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Kull persuna li professjonalment tirranġa tranżazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, u li b’mod raġonevoli tissuspetta li ordni għal negozju jew tranżazzjoni, inkluż kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, kemm jekk imqiegħda f’ċentru ta’ OMP jew barra minnu, tista’ tikser l-Artikoli 3, 4 jew 5, għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti mingħajr aktar dewmien u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn erba’ ġimgħat mill-jum li fih il-persuna tkun konxja mill-avveniment suspettuż.
Artikolu 15 2.
Kwalunkwe persuna li professjonalment twettaq tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 li twettaq ukoll tranżazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li mhumiex strumenti finanzjarji, u li b’mod raġonevoli tissuspetta li ordni għal negozju jew tranżazzjoni, inkluż kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, kemm jekk imqiegħda jew eżegwita f’OMP, tista’ tikser l-Artikolu 3, 4 jew 5 ta’ dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti mingħajr aktar dewmien u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn erba’ ġimgħat mill-jum li fih il-persuna tkun konxja mill-avveniment suspettuż.
Artikolu 15 3.

Il-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi biex:

(a) 

jidentifikaw ksur potenzjali tal-Artikoli 3, 4 jew 5;

(b) 

jiżguraw li l-impjegati tagħhom li jwettqu l-attivitajiet ta’ sorveljanza għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jitħarsu minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess u jaġixxu b’mod indipendenti.;

(c) 

jidentifikaw u jirrapportaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi.

Artikolu 15 4.
Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, il-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tan-notifika tal-Istati Membri li fihom ikun irreġistrat il-parteċipant fis-suq involut fil-ksur potenzjali u fejn jitwassal il-prodott tal-enerġija bl-ingrossa. Tali notifika għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri.
Artikolu 15 5.

Sat-8 ta’ Mejju 2025 u kull sena wara dan, l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għandha toħroġ u tippubblika rapport b’informazzjoni aggregata f’konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, li teskludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 u l-effettività tagħhom;

(b) 

l-analiżi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ tranżazzjonijiet suspettuża, ir-rispons għal rappurtar ta’ kwalità fqira u n-nuqqas ta’ rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u attivitajiet relatati fir-rigward tal-infurzar u tal-penali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.