|
+Artikolu 16 5. |
Artikolu 16 5.Awtorità regolatorja nazzjonali li tirċievu talba għal informazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 4, jew li tirċievu talba sabiex jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ ksur issuspettat taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, għandha tieħu immedjatament il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ dik it-talba. Jekk dik l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx tista' tipprovdi l-informazzjoni mitluba immedjatament, hija għandha tinforma mill-iktar fis possibbli lill-Aġenzija bir-raġunijiet għal dan. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba meta:
(a)
il-konformità tista' taffettwa ħażin is-sovranità jew is-sigurtà tal-Istat Membru inkwistjoni;
(b)
ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru inkwistjoni; jew
(c)
tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru inkwistjoni; Fi kwalnkwe każ bħal dan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinnotifika lill-Aġenzija skont kif ikun meħtieġ, filwaqt li jipprovdu informazzjoni dettaljata kemm jista' jkun dwar dawk il-proċedimenti jew dwar is-sentenza. L-awtoritajiet regolatarji nazzjonali għandhom jipparteċipaw fi grupp investigattiv imlaqqa' taħt il-punt (c) tal-paragrafu 4, fejn jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa. Il-grupp investigattiv għandu jkun soġġett għall-koordinazzjoni tal-Aġenzija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|