+Artikolu 16a Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.
---+Artikolu 16a 5.
|
Artikolu 16a Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16a 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, bil-kunsens tad-delegat, jiddelegaw xi kompiti u responsabbiltajiet lill-Aġenzija jew lil awtorità regolatorja nazzjonali oħra soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi rigward id-delegar tar-responsabbiltajiet li jridu jiġu rrispettati qabel ma l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom jidħlu fi ftehimiet ta’ delegar u jistgħu jillimitaw l-ambitu tad-delega għal dak meħtieġ biex issir superviżjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq jew tal-gruppi tas-suq. L-Aġenzija tista’ tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali billi toħroġ gwida mhux vinkolanti jew tiskambja l-aħjar prattiki dwar id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti.
|
|
Artikolu 16a 2.
|
Id-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet għandha tirriżulta fir-riallokazzjoni ta’ kompetenzi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-liġi tal-Istati Membri fejn id-delegat jinsab għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u r-rieżami amministrattiv u ġudizzjarju relatati mar-responsabbiltajiet delegati.
|
|
Artikolu 16a 3.
|
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija bi kwalunkwe ftehim ta’ delegar li jkun beħsiebhom jagħmlu. Għandhom jikkonkludu dawk il-ftehimiet mhux aktar kmieni minn xahar wara li jinformaw lill-Aġenzija.
|
|
Artikolu 16a 4.
|
L-Aġenzija tista’ toħroġ opinjoni dwar ftehim ta’ delegar maħsub innotifikat skont il-paragrafu 3 fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika.
|
|
Artikolu 16a 5.
|
L-Aġenzija għandha tippubblika, bil-mezzi xierqa, kull ftehim ta’ delegar konkluż mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, biex tiżgura li l-partijiet kollha kkonċernati jiġu informati kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|