+Artikolu 7 Ir-rata ta’ ġbir
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
|
Artikolu 7 Ir-rata ta’ ġbir
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbilità tal-produttur u, fuq dik il-bażi, li annwalment tinkiseb rata minima ta’ ġbir. Minn 2016 ir-rata minima ta’ ġbir għandha tkun ta’ 45 % kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta’ qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-volum ta’ WEEE miġbur jevolvi gradwalment waqt il-perjodu mill-2016 sal-2019, sakemm ir-rata ta’ ġbir stabbilita fit-tieni subparagrafu ma tkunx diġà ntlaħqet. Mill-2019 ir-rata minima ta’ ġbir li għandha tintlaħaq annwalment għandha tkun ta’ 65 % tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew alternattivament 85 % tal-WEEE ġġenerat bil-piż fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, għandha tibqa' tapplika rata ta’ ġbir separat ta’ mill-inqas medja ta’ erbgħa kilogrammi għal kull abitant fis-sena ta’ WEEE minn djar privati jew l-istess ammont ta’ piż ta’ WEEE kif inġabar f'dak l-Istat Membru medjament fit-tliet snin preċedenti, skont liema jkun l-akbar. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati ta’ ġbir separat ta’ WEEE aktar ambizzjużi u f'tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rata minima ta’ ġbir intlaħqitx, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-WEEE li jiġi miġbur separatament f'konformità mal-Artikolu 5 jiġi mibgħut lill-Istati Membri mingħajr ħlas, inkluż għall-inqas tagħrif dwar il-WEEE li ġie:
(a)
riċevut mill-faċilitajiet ta’ ġbir u trattament;
(b)
riċevut mid-distributuri;
(c)
miġbur separatament mill-produtturi jew minn partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom.
|
|
Artikolu 7 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja jistgħu, minħabba n-nuqqas ta’ infrastruttura meħtieġa u livell baxx ta’ konsum ta’ EEE, jiddeċiedu li:
(a)
jiksbu, mill-14 ta’ Awwissu 2016, rata ta’ ġbir li hija inqas minn 45 % iżda ogħla minn 40 % tal-piż medju ta’ EEE kkummerċjalizzat fit-tliet snin preċedenti, u
(b)
jipposponu l-kisba tar-rata tal-ġbir imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 sa data magħżula minnhom stess li ma għandhiex tkun aktar tard mill-14 ta’ Awwissu 2021.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 fejn jiġu stabbiliti l-aġġustamenti tranżizzjonali meħtieġa sabiex jiġu indirizzati diffikultajiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri li jaderixxu mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż ta’ EEE mqiegħed fis-suq nazzjonali u metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-kwantità ta’ WEEE ġenerat bil-piż f'kull Stat Membru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
|
|
Artikolu 7 6.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-14 ta’ Awwissu 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tad-dati ta’ skadenza relatati mar-rati ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rati ta’ ġbir individwali għal xi wieħed jew aktar mill-kategoriji li jinsabu fl-Anness III, b'mod partikolari għat-tagħmir li jibdel it-temperatura, għall-pannelli fotovoltajċi, tagħmir żgħir, inkluż tagħmir żgħit tal-IT u t-telekomunikazzkoni u lampi li fihom il-merkurju. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Jekk il-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ studju dwar l-impatt, li r-rata ta’ ġbir ibbażata fuq il-WEEE ġenerat teħtieġ li tiġi riveduta, għandha tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|