+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbilità tal-produttur u, fuq dik il-bażi, li annwalment tinkiseb rata minima ta’ ġbir. Minn 2016 ir-rata minima ta’ ġbir għandha tkun ta’ 45 % kkalkulata abbażi tal-piż totali tal-WEEE miġbur skont l-Artikoli 5 u 6 f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta’ qabel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-volum ta’ WEEE miġbur jevolvi gradwalment waqt il-perjodu mill-2016 sal-2019, sakemm ir-rata ta’ ġbir stabbilita fit-tieni subparagrafu ma tkunx diġà ntlaħqet.

Mill-2019 ir-rata minima ta’ ġbir li għandha tintlaħaq annwalment għandha tkun ta’ 65 % tal-piż medju tal-EEE mqiegħed fis-suq fit-tliet snin preċedenti fl-Istat Membru kkonċernat, jew alternattivament 85 % tal-WEEE ġġenerat bil-piż fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Sal-31 ta’ Diċembru 2015, għandha tibqa' tapplika rata ta’ ġbir separat ta’ mill-inqas medja ta’ erbgħa kilogrammi għal kull abitant fis-sena ta’ WEEE minn djar privati jew l-istess ammont ta’ piż ta’ WEEE kif inġabar f'dak l-Istat Membru medjament fit-tliet snin preċedenti, skont liema jkun l-akbar.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati ta’ ġbir separat ta’ WEEE aktar ambizzjużi u f'tali każ għandhom jirrappurtaw dan lill-Kummissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.