+Artikolu 8 Trattament adatt
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
|
Artikolu 8 Trattament adatt
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-WEEE kollu miġbur separatament jiġi ttrattat korrettement.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Trattament adatt, għajr il-preparazzjoni għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, irkupru jew riċiklaġġ għandu, tal-anqas, jinkludi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u t-trattament selettiv skont l-Anness VII.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produtturi jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom jistabbilixxu sistemi biex jipprovdu għall-irkupru tal-WEEE bl-użu tal-aqwa teknika disponibbli. Is-sistemi jistgħu jitwaqqfu minn produtturi individwalment jew kollettivament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe stabbiliment jew impriża li jwettaq/twettaq operazzjonijiet ta’ ġbir jew trattament, jaħżen/taħżen il-WEEE skont ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20, rigward l-emenda tal-Anness VII sabiex tintroduċi teknoloġiji oħra ta’ trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tevalwa bħala prijorità jekk l-entrati rigward bords stampati ta’ ċirkwiti għat-telefowns ċellulari u skrins tal-kristalli likwidi jeħtiġux jiġu emendati. Il-Kummissjoni hija mistiedna tevalwa jekk l-emendi għall-Anness VII humiex meħtieġa biex jiġu trattati n-nanomaterjali kontenuti f'EEE.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur. L-Istati Membri li jagħżlu standards ta’ kwalità ta’ dan it-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn l-istandards, u l-Kummissjoni għandha tippubblikahom. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2013, titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards minimi Ewropej għat-trattament, inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ta’ WEEE. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu t-teknoloġija tal-mument. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2). Referenza għall-istandards adottati mill-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu stabbilimenti jew impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament biex jintroduċu sistemi ċċertifikati ta’ ġestjoni ambjentali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (
6
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|