|
+Artikolu 8 5. |
Artikolu 8 5.Għall-għanijiet ta’ protezzjoni ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu standards minimi ta’ kwalità għat-trattament tal-WEEE li jkun ġie miġbur. L-Istati Membri li jagħżlu standards ta’ kwalità ta’ dan it-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dawn l-istandards, u l-Kummissjoni għandha tippubblikahom. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2013, titlob lill-organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jiżviluppaw standards minimi Ewropej għat-trattament, inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ta’ WEEE. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu t-teknoloġija tal-mument. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista'tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabilixxu standards minimi ta’ kwalità, ibbażati partikolarment fuq l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2). Referenza għall-istandards adottati mill-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|