+Artikolu 15 Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
|
Artikolu 15 Tagħrif għall-faċilitajiet ta’ trattament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sabiex jiġu ffaċilitati l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u t-trattament korrett u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-WEEE, inklużi l-manutenzjoni, it-titjib, l-arranġament mill-ġdid u r-riċiklaġġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu tagħrif, mingħajr ħlas, dwar il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u trattament għal kull tip ġdid ta’ EEE li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi żmien sena wara li t-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Dan it-tagħrif għandu jidentifika, safejn ikun meħtieġ minn ċentri ta’ użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-komponenti u l-materjali tal-EEE differenti, kif ukoll fejn jinsabu sustanzi u taħlitiet perikolużi fl-EEE. Għandu jsir disponibbli għaċ-ċentri li jippreparaw għall-użu mill-ġdid u faċilitajiet ta’ trattament u riċiklaġġ minn produtturi tal-EEE bħala manwali jew permezz ta’ midja elettronika (eż. CD-ROM, servizzi online).
|
|
Artikolu 15 2.
|
Sabiex id-data li fiha l-EEE jkun tqiegħed fis-suq tkun tista’ tiġi stabbilita mingħajr l-ebda dubju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li marka fuq l-EEE tkun tispeċifika li dan tal-aħħar tqiegħed fis-suq wara t-13 ta’ Awwissu 2005. Preferibbilment, l-istandard Ewropew EN 50419:2022 għandu jiġi applikat għal dan il-għan. Għall-pannelli fotovoltajċi, l-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-pannelli fotovoltajċi mqiegħda fis-suq mit-13 ta’ Awwissu 2012. Għall-EEE msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), u li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), l-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu japplika biss għall-EEE mqiegħed fis-suq mill-15 ta’ Awwissu 2018.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|