+Artikolu 16 Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
---+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 16 9.
|
Artikolu 16 Reġistrazzjoni, tagħrif u rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom, skont il-paragrafu 2, iħejju reġistru ta’ produtturi, inklużi l-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Dak ir-reġistru għandu jservi ta’ monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Il-produtturi li jipprovdu EEE permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 3(1)(f)(iv) għandhom ikunu rreġistrati fl-Istat Membru fejn ibigħu. Fejn dawn il-produtturi ma jkunux reġistrati fl-Istat Membru li lilu jkunu qed ibigħu, għandhom ikunu rreġistrati permezz tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 17(2).
|
|
Artikolu 16 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
kull produttur, jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 huwa rreġistrat kif meħtieġ u għandu l-possibbilta' li jdaħħal onlajn, fir-reġistru nazzjonali tagħhom, kull tagħrif rilevanti li jirrifletti l-attivitajiet ta’ dak il-produttur f'dak l-Istat Membru;
(b)
meta jirreġistra, kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-Parti A tal-Anness X, bl-impenn li jaġġornah kif adatt;
(c)
kull produttur jew kull rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 jipprovdi t-tagħrif li jinsab fil-parti B tal-Anness X;
(d)
ir-reġistri nazzjonali jipprovdu links lejn reġistri nazzjonali oħra fuq is-sit tal-web tagħhom biex jiffaċilitaw, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew, fil-każ fejn appuntat taħt l-Artikolu 17, ir-rappreżentanti awtorizzati.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u rrappurtar u l-frekwenza tar-rappurtar fir-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 21(2).
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif, inklużi stimi ssostanzjati, fuq bażi annwali, dwar il-kwantitajiet u l-kategoriji ta’ EEE li jitqiegħed fis-swieq tagħhom, li jinġabar tul ir-rotot kollha, li jiġi irkuprat, ippreparat għall-użu mill-ġdid irriċiklat u rkuprat fl-Istat Membru, u dwar WEEE miġbur separatament li jiġi esportat, skont il-piż.
|
|
Artikolu 16 6.
|
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 4. Huma għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9. L-ewwel perijodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 9, u għandu jkopri d-data għal dak il-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Id-data li jirrapportaw l-Istati Membri skont il-paragrafu 6 għandha tkun akkumpanjata b’rapport ta’ verifika tal-kwalità.
|
|
Artikolu 16 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont il-paragrafu 6, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.
|
|
Artikolu 16 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|