|
+ANNESS X |
ANNESS X
ANNESS X TAGĦRIF GĦAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPURTAR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 16 A. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat mar-reġistrazzjoni:
1.
Isem u indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat fejn appuntat taħt l-Artikolu 17 (kodiċi postali u post, isem tat-triq u numru, il-pajjiż, in-numru tat-telefown u tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika, kif ukoll persuna ta’ kuntatt). Fil-każ ta’ rappreżentant awtorizzat kif definit fl-Artikolu 17, anki d-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur li qed jiġi rrappreżentat.
2.
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru Ewropew tat-tassazzjoni jew in-numru nazzjonali tat-tassazzjoni tal-produttur.
3.
Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew III, skont il-każ.
4.
Tip ta’ EEE (domestiku jew għajr tagħmir domestiku).
5.
Isem tal-marka ta’ EEE.
6.
Tagħrif dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; skema individwali jew kollettiva, inkluż tagħrif dwar il-garanzija finanzjarja.
7.
Teknika ta’ bejgħ użata (eż. bejgħ mill-bogħod).
8.
Dikjarazzjoni li t-tagħrif ipprovdut huwa veru. B. Tagħrif li għandu jiġi ppreżentat għar-rappurtar:
1.
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur.
2.
Perjodu ta’ rappurtar.
3.
Kategorija ta’ EEE elenkata fl-Anness I jew l-Anness III, skont il-każ.
4.
Kwantità ta’ EEE li jitqiegħed fuq is-suq nazzjonali, skont il-piż.
5.
Kwantità, skont il-piż, ta’ skart ta’ EEE miġbur separatament, riċiklat (inkluż dak preparat għall-użu mill-ġdid), irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jinġarr ġewwa jew barra l-Unjoni. Nota: it-tagħrif li jinsab fil-punti 4 u 5 għandu jingħata skont il-kategorija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|