|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(1)
“sustanza kimika” tfisser sustanza, kemm waħedha kif ukoll f'taħlita, jew taħlita, kemm manifatturata kif ukoll miksuba min-natura, iżda ma tinkludix organiżmi ħajjin, li tappartjeni għal kwalunkwe waħda minn dawn il-kategoriji:
(a)
pestiċidi, li jinkludu formulazzjonijiet pestiċidi serjament perikolużi;
(b)
sustanzi kimiċi industrijali;
(2)
“sustanza” tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(3)
“taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
(4)
“oġġett” tfisser prodott lest li jkun fih jew li jinkludi kimika li l-użu tagħha ġie pprojbit jew ristrett ferm bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dak il-prodott partikolari meta dak il-prodott ma jaqax taħt il-punti 2 jew 3;
(5)
“pestiċidi” tfisser kimika f'waħda minn dawn iż-żewġ sottokategoriji li ġejjin:
(a)
pestiċidi użati fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 10 );
(b)
pestiċidi oħrajn, bħal:
(i)
prodotti bijoċidali taħt id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ( 11 ) u;
(ii)
diżinfettanti, insettiċidi u parasitiċidi koperti mid-Direttivi 2001/82/KE u 2001/83/KE;
(6)
“sustanzi kimiċi industrijali” tfisser sustanzi kimiċi f'waħda minn dawn iż-żewġ sottokategoriji li ġejjin:
(a)
sustanzi kimiċi użati mill-professjonisti;
(b)
sustanzi kimiċi għall-użu mill-pubbliku;
(7)
“sustanzi kimiċi soġġetti għal notifika dwar l-esportazzjoni” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija pprojbita jew imrażżna strettament fl-Unjoni f'waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji, u kwalunkwe sustanza kimika elenkata fl-1 Parti tal-Anness I li hija soġġetta għall-proċedura tal-PIC;
(8)
“sustanza kimika li tikkwalifika għan-notifika tal-PIC” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija pprojbita jew imrażżna strettament fl-Unjoni jew fi Stat Membru u f'kategorija waħda jew aktar. Sustanzi kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament fl-Unjoni f'kategorija waħda jew aktar huma elenkati fit-2 Parti tal-Anness I;
(9)
“Sustanza kimika soġġetta għall-proċedura tal-PIC” tfisser kwalunkwe sustanza kimika elenkata fl-Anness III tal-Konvenzjoni u fil-Parti 3 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;
(10)
“sustanza kimika pprojbita” tfisser waħda minn dawn it-tnejn:
(a)
sustanza kimika li l-użi kollha tagħha f'waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji ġew ipprojbiti b'azzjoni regolatorja finali mill-Unjoni, sabiex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
(b)
sustanza kimika li nċaħditilha l-approvazzjoni għall-ewwel użu jew li ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq tal-Unjoni jew minn konsiderazzjoni ulterjuri fi proċess ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni u fejn hemm prova li s-sustanza kimika tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
(11)
“sustanza kimika imrażżna strettament” tfisser waħda minn dawn it-tnejn:
(a)
sustanza kimika, li virtwalment għal kull użu tagħha li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji jew sottokategoriji, ġiet ipprojbita b'azzjoni regolatorja finali tal-Unjoni għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, iżda li għaliha baqgħu permessi ċerti użi speċifiċi;
(b)
sustanza kimika li, virtwalment għal kull użu tagħha, ġiet irrifjutata għall-approvazzjoni jew ġiet irtirata mill-industrija jew mis-suq tal-Unjoni jew inkella minn konsiderazzjoni ulterjuri fi proċess ta’ notifika, ta’ reġistrazzjoni jew ta’ approvazzjoni, u fejn hemm prova li s-sustanza kimika tqajjem tħassib għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent;
(12)
“sustanza kimika pprojbita jew imrażżna strettament minn Stat Membru” tfisser kwalunkwe sustanza kimika li hija projbita jew imrażżna strettament b'azzjoni regolatorja finali nazzjonali ta’ Stat Membru;
(13)
“azzjoni regolatorja finali” tfisser att legalement vinkolanti, li l-iskop tiegħu huwa li jipprojbixxi jew irażżan sustanza kimika strettament;
(14)
“formulazzjoni pestiċida perikoluża ħafna” tfisser sustanza kimika fformolata għall-użu bħala pestiċida li tipproduċi effetti gravi fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent, osservabbli f'perjodu qasir wara esponiment wieħed jew aktar, taħt il-kondizzjonijiet tal-użu;
(15)
“territorju doganali tal-Unjoni” tfisser it-territorju kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 12 );
(16)
“esportazzjoni” tfisser:
(a)
l-esportazzjoni permanenti jew temporanja ta’ sustanza kimika li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 28(2) TFUE;
(b)
l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ sustanza kimika li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(2) TFUE li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja minn territorju doganali tal-Unjoni;
(17)
“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ sustanza kimika li titqiegħed taħt proċedura doganali li ma tkunx il-proċedura ta’ tranżitu estern tal-Unjoni għal merkanzija li tkun għaddejja minn territorju doganali tal-Unjoni;
(18)
“esportatur” tfisser kwalunkwe wieħed mill-persuni li ġejjin, kemm jekk naturali kif ukoll jekk legali:
(a)
il-persuna li ssir dikjarazzjoni dwar l-esportazzjoni f'isimha, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt mal-konsenjatarju f'Parti jew pajjiż ieħor u għandha s-setgħa li tiddetermina l-esportazzjoni tas-sustanza kimika 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(b)
fejn ma jkun sar l-ebda kuntratt għall-esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jaġixxix f'ismu stess, il-persuna li għandha s-setgħa tiddetermina l-esportazzjoni tas-sustanza kimika 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;
(c)
fejn il-benefiċċju ta’ dritt li jiddisponi mis-sustanza kimika jappartjeni lil persuna stabbilita barra l-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu hija bbażata l-esportazzjoni, il-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni;
(19)
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li fil-ħin tal-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni huwa l-konsenjatarju għas-sustanza kimika;
(20)
“Parti fil-Konvenzjoni” jew “Parti” tfisser Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li aċċettat li tintrabat bil-Konvenzjoni u li għaliha l-Konvenzjoni hija fis-seħħ;
(21)
“pajjiż ieħor” tfisser kwalunkwe pajjiż li mhuwiex Parti;
(22)
“L-Aġenzija” tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
(23)
“is-Segretarjat” tfisser is-Segretarjat tal-Konvenzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|