+Artikolu 6 Kompiti tal-Aġenzija
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.

Artikolu 6 Kompiti tal-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-Aġenzija għandha, barra mill-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15,18, 19, 20, 21, 22 u 25, twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

iżżomm, tiżviluppa aktar u taġġorna regolarment bażi ta’ data dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi perikolużi (“il-Bażi ta’ Data”);

(b) 

tpoġġi l-Bażi ta’ Data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt tagħha;

(c) 

fejn xieraq, tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, assistenza teknika u gwida xjentifika u għodod għall-industrija sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

fuq talba mill-esperti tal-Istati Membru jew tal-Kummissjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika, u fi ħdan ir-riżorsi disponibbli, tieħu sehem fit-tfassil ta’ dokumenti ta’ gwida għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni u dokumenti tekniċi oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(f) 

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;

(g) 

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha teżerċita r-rwol tagħha bħala l-awtorità nominata komuni tal-Unjoni.

Artikolu 6 2.
Is-Segretarjat tal-Aġenzija għandu jwettaq il-kompiti allokati lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.