|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.L-Aġenzija għandha, barra mill-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 11, 13, 14, 15,18, 19, 20, 21, 22 u 25, twettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
iżżomm, tiżviluppa aktar u taġġorna regolarment bażi ta’ data dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi perikolużi (“il-Bażi ta’ Data”);
(b)
tpoġġi l-Bażi ta’ Data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt tagħha;
(c)
fejn xieraq, tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni u wara konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, assistenza teknika u gwida xjentifika u għodod għall-industrija sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;
(d)
tipprovdi, bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali nominati tal-Istati Membri assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;
(e)
fuq talba mill-esperti tal-Istati Membru jew tal-Kummissjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika, u fi ħdan ir-riżorsi disponibbli, tieħu sehem fit-tfassil ta’ dokumenti ta’ gwida għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni u dokumenti tekniċi oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;
(f)
meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta’ dan ir-Regolament;
(g)
meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha teżerċita r-rwol tagħha bħala l-awtorità nominata komuni tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|