+Artikolu 8 Notifiki tal-Esportazzjoni mibgħuta lil Partijiet u pajjiżi oħrajn
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.

Artikolu 8 Notifiki tal-Esportazzjoni mibgħuta lil Partijiet u pajjiżi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Fil-każ ta’ sustanzi elenkati f'Parti 1 tal-Anness I jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunx fihom sustanzi oħra jew le, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu indipendentement mill-użu intiż tas-sustanza kimika fil-Parti jew pajjiż ieħor li jimporta.
Artikolu 8 2.
Meta esportatur ikollu jesporta sustanza kimika elenkata fil-paragrafu 1 mill-Unjoni lejn Parti jew pajjiż ieħor fid-data meta jsir soġġett għal dan ir-Regolament jew wara, l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit (“l-Istat Membru tal-esportatur”), mhux aktar tard minn 35 jum qabel id-data mistennija tal-esportazzjoni. Wara dan l-esportatur għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali nominata dwar l-ewwel esportazzjoni tas-sustanza kimika kull sena kalendarja mhux aktar tard minn 35 jum qabel ma ssir l-esportazzjoni. In-notifiki għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-informazzjoni stipulati fl-Anness II u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri permezz tal-Bażi ta’ Data.

L-awtorità nazzjonali nominata mill-Istat Membru tal-esportatur għandha tivverifika l-konformità tal-informazzjoni mal-Anness II u jekk in-notifika tkun kompleta tibgħatha lill-Aġenzija mhux aktar tard minn 25 jum qabel id-data mistennija tal-esportazzjoni.

L-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni, tittrasmetti n-notifika lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor li jimporta u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li huma jirċievu dik in-notifika mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel esportazzjoni maħsuba tas-sustanza kimika u wara dan mhux aktar tard minn 15-il jum qabel l-ewwel esportazzjoni tas-sustanza kimika f'kull sena kalendarja sussegwenti.

L-Aġenzija għandha tirreġistra kull notifika ta’ esportazzjoni u tassenjalha numru ta’ identifikazzjoni għal referenza fil-Bażi ta’ Data. L-Aġenzija għandha wkoll tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u l-awtoritajiet nazzjonali maħtura tal-Istati Membri, kif xieraq lista aġġornata tas-sustanzi kimiċi kkonċernati u l-Partijiet importaturi u l-pajjiżi l-oħra għal kull sena kalendarja permezz tal-Bażi ta’ Data.

Artikolu 8 3.
Jekk l-Aġenzija ma tirċevix mill-Parti li timporta jew pajjiż ieħor rikonoxximent tal-irċevuta tal-ewwel notifika dwar l-esportazzjoni li tkun saret wara li s-sustanza kimika tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness I fi żmien 30 jum mit-trażmissjoni ta’ tali notifika, għandha f'isem il-Kummissjoni, tressaq it-tieni notifika. L-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tagħmel sforzi raġjonevoli biex tiżgura li l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ieħor li jimporta tirċievi t-tieni notifika.
Artikolu 8 4.
Notifika ġdida tal-esportazzjoni għandha ssir f' konformita'mal-paragrafu 2 għal esportazzjonijiet li jsiru wara d-dħul fis-seħħ ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-marketing, użu jew tikkettjar tas-sustanzi inkwistjoni jew kull meta l-kompożizzjoni tat-taħlitiet inkwistjoni tinbidel b'mod li t-tikkettjar ta’ dawn it-taħlitiet jinbidel. In-notifika l-ġdida għandha tħares ir-rekwiżiti għall-informazzjoni stipulati fl-Anness II u għandha tindika li hija reviżjoni tan-notifika ta’ qabel.
Artikolu 8 5.
Meta l-esportazzjoni ta’ sustanza kimika hija marbuta ma’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fejn kwalunkwe dewmien jista' jqiegħed fil-periklu s-saħħa pubblika jew l-ambjent fil-Parti li timporta jew pajjiż importatur ieħor, tista' tingħata eżenzjoni totali jew parzjali mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2, 3 u 4, fuq talba motivata mill-esportatur jew mill-Parti li timporta jew pajjiż ieħor u għad-diskrezzjoni tal-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni assistita mill-Aġenzija. Deċiżjoni dwar it- talba titqies li tkun ittieħdet f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni jekk ma jkunx hemm risposta dissendenti mill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem minn meta l-awtorità nazzjonali nominata mill-Istat Membru tkun bgħatitilha d-dettalji tat-talba.
Artikolu 8 6.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieqfu meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

is-sustanza kimika tkun saret sustanza kimika soġġetta għall-proċedura PIC;

(b) 

il-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jkun wieġeb skont l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat dwar l-għoti, jew le, tal-kunsens għall-importazzjoni tas-sustanza kimika, u

(c) 

il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bit-tweġiba mis-Segretarjat u ressqet din l-informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Aġenzija.

Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiefqu meta l-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jesiġi espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esportazzjoni mill-Partijiet li jesportaw, pereżempju permezz tad-deċiżjoni tiegħu dwar l-importazzjoni jew mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ukoll jieqfu meta jiġu ssodisfati iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor irrinunzjat għar-rekwiżit li tiġi notifikata qabel l-esportazzjoni tas-sustanza kimika; u

(b) 

il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni mis-Segretarjat jew mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor u għaddietha lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, li għamlitha disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data.

Artikolu 8 7.
Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali nominata rilevanti tal-Istati Membri, l-Aġenzija u l-esportaturi għandhom, fuq talba, ifornu lill-Partijiet li jimportaw u pajjiżi importaturi oħra b'informazzjoni ulterjuri disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi esportati.
Artikolu 8 8.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, b'mod trasparenti, sistemi li jobbligaw lill-esportaturi biex iħallsu tariffa amministrattiva għal kull notifika tal-esportazzjoni li ssir u għal kull talba għal kunsens espliċitu li ssir, li tikkorrispondi għall-ispejjeż li jġarrbu marbuta mal-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 14(6) u (7).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.