|
+Artikolu 8 6. |
Artikolu 8 6.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieqfu meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sustanza kimika tkun saret sustanza kimika soġġetta għall-proċedura PIC;
(b)
il-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jkun wieġeb skont l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni lis-Segretarjat dwar l-għoti, jew le, tal-kunsens għall-importazzjoni tas-sustanza kimika, u
(c)
il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata bit-tweġiba mis-Segretarjat u ressqet din l-informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Aġenzija. Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiefqu meta l-pajjiż importatur li jkun Parti fil-Konvenzjoni jesiġi espliċitament li jitkomplew in-notifiki dwar l-esportazzjoni mill-Partijiet li jesportaw, pereżempju permezz tad-deċiżjoni tiegħu dwar l-importazzjoni jew mod ieħor. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stipulati fl-Artikolu 19(2), l-obbligi stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ukoll jieqfu meta jiġu ssodisfati iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor irrinunzjat għar-rekwiżit li tiġi notifikata qabel l-esportazzjoni tas-sustanza kimika; u
(b)
il-Kummissjoni rċeviet din l-informazzjoni mis-Segretarjat jew mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew mill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż importatur ieħor u għaddietha lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, li għamlitha disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|