|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Kull esportatur ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
sustanzi elenkati fl-Anness I,
(b)
taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra.
(c)
oġġetti li jkun fihom sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I f'forma li għadha ma rreaġġietx jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ikunx fihom sustanzi oħra jew le, għandu fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur rigward il-kwantità tas-sustanza kimika, bħala sustanza u kif tinsab f'taħlitiet jew f'oġġetti, mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dik l-informazzjoni għandha tingħata flimkien ma’ lista tal-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu. Din l-informazzjoni għandha telenka l-esportazzjonijiet b'mod separat skont l-Artikolu 14(7). Kull importatur fl-Unjoni għandu jagħti l-informazzjoni ekwivalenti għall-kwantitajiet importati lejn l-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|