+Artikolu 10 Informazzjoni dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Informazzjoni dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Kull esportatur ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
sustanzi elenkati fl-Anness I,
(b)
taħlitiet li jkun fihom dawn is-sustanzi f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunux preżenti jew le kwalunkwe sustanzi oħra.
(c)
oġġetti li jkun fihom sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I f'forma li għadha ma rreaġġietx jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għal obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, ikunx fihom sustanzi oħra jew le,
għandu fl-ewwel tliet xhur ta’ kull sena jinforma lill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur rigward il-kwantità tas-sustanza kimika, bħala sustanza u kif tinsab f'taħlitiet jew f'oġġetti, mibgħuta lil kull Parti jew pajjiż ieħor matul is-sena ta’ qabel. Dik l-informazzjoni għandha tingħata flimkien ma’ lista tal-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor li saret konsenja lilu matul l-istess perjodu. Din l-informazzjoni għandha telenka l-esportazzjonijiet b'mod separat skont l-Artikolu 14(7).
Kull importatur fl-Unjoni għandu jagħti l-informazzjoni ekwivalenti għall-kwantitajiet importati lejn l-Unjoni.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Fuq talba mill-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, jew mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tagħha, l-esportatur jew importatur għandu jipprovdi kull informazzjoni oħra dwar il-kimika li huwa meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Aġenzija kull sena b'informazzjoni aggregata skont l-Anness III. L-Aġenzija għandha tqassar dik l-informazzjoni fuq livell tal-Unjoni u tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzjali disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|