+Artikolu 11 Notifika ta’ sustanzi kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament taħt il-Konvenzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.

Artikolu 11 Notifika ta’ sustanzi kimiċi pprojbiti jew imrażżna strettament taħt il-Konvenzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika bil-miktub lis-Segretarjat dwar is-sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I, li jikkwalifikaw għal notifika tal-PIC.
Artikolu 11 2.
Kull meta aktar sustanzi kimiċi jiżdiedu mal-Parti 2 tal-Anness 1 skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2), il-Kummissjoni għandha tinnotifika dawk is-sustanzi kimiċi lis-Segretarjat. Dik in-notifika tal-PIC għandha titressaq mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-azzjoni regolatorja finali fil-livell tal-Unjoni rilevanti li tipprojbixxi jew trażżan is-sustanza kimika strettament, u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali għandha tiġi applikata.
Artikolu 11 3.
In-notifika tal-PIC għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha rikjesta fl-Anness IV.
Artikolu 11 4.
Meta tistabbilixxi l-prijoritajiet għan-notifiki, il-Kummissjoni għandha tqis jekk is-sustanza kimika hijiex diġà elenkata fil-Parti 3 tal-Anness I, sa fejn jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness IV, il-gravità tar-riskji ppreżentati mis-sustanza kimika, b'mod partikolari għall-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw.

Fejn sustanza kimika tikkwalifika għan-notifika tal-PIC, iżda l-informazzjoni mhijiex biżżejjed biex tilħaq ir-rekwiżiti tal-Anness IV, l-esportaturi jew l-importaturi identifikati għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluża dik minn programmi oħra nazzjonali jew internazzjonali għall-kontroll tas-sustanzi kimiċi fi żmien 60 ġurnata mit-talba.

Artikolu 11 5.
Il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat bil-miktub meta azzjoni regolatorja finali nnotifikata skont il-paragrafi 1 jew 2 tiġi mmodifikata mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-azzjoni regolatorja finali l-ġdida, u mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-azzjoni regolatorja finali l-ġdida għandha tiġi applikata.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha li kienet disponibbli fil-ħin meta n-notifika inizjali saret taħt il-paragrafi 1 jew 2 rispettivament.

Artikolu 11 6.
Fuq talba minn kwalunkwe Parti jew mis-Segretarjat, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sustanza kimika jew l-azzjoni regolatorja finali, sa fejn huwa prattikabbli.

L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom, fuq talba, jassistu lill-Kummissjoni kif meħtieġ fil-ġbir ta’ dik l-informazzjoni.

Artikolu 11 7.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri u lill-Aġenzija informazzjoni li tirċievi mis-Segretarjat dwar sustanzi kimiċi nnotifikati bħala pprojbiti jew imrażżna strettament minn Partijiet oħrajn.

Fejn xieraq il-Kummissjoni għandha tevalwa, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Aġenzija, il-ħtieġa li tipproponi miżuri fuq livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent fl-Unjoni.

Artikolu 11 8.

Meta Stat Membru jieħu azzjoni regolatorja nazzjonali finali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti biex jipprojbixxi jew irażżan sustanza kimika strettament, għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Fi żmien erba' ġimgħat, minn meta l-informazzjoni tkun saret disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-kummenti fuq notifika tal-PIC possibbli, inkluż, b'mod partikolari, informazzjoni dwar il-pożizzjoni regolatorja nazzjonali dwar is-sustanza kimika, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li taw l-azzjoni regolatorja nazzjonali finali. Wara konsiderazzjoni tal-kummenti, l-Istat Membru li ssottometta għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk din għandhiex:

(a) 

tagħmel in-notifika tal-PIC lis-Segretarjat, skont dan l-Artikolu; jew

(b) 

tagħti l-informazzjoni lis-Segretarjat, skont l-Artikolu 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.