|
+Artikolu 14 7. |
Artikolu 14 7.Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 jew fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih u abbażi tat-tieni subparagrafu, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jekk ma teżisti l-ebda evidenza minn sorsi uffiċjali li l-parti li timporta jew pajjiż ieħor ħadu azzjoni regolatorja finali li tipprojbixxi jew trażżan strettament l-użu tas-sustanza kimika u jekk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ma tkun waslet fi żmien 60 jum u fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali fil-Parti li timporta jew pajjiż ieħor li s-sustanza kimika hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata; jew
(b)
l-użu maħsub iddikjarat fin-notifika ta’ esportazzjoni u kkonfermat bil-miktub mill-persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor, mhuwiex fil-kategorija li fiha s-sustanza kimika hija elenkata fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I, kif ukoll teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali li fl-aħħar 5 snin is-sustanza kimika kienet qed tintuża, jew tiġi importata fil-Parti ta’ importazzjoni jew ' pajjiż ieħor kkonċernat. Fil-każ tas-sustanzi kimiċi mniżżla fil-Parti 3 tal-Anness I, esport ibbażat fuq is-sodisfazzjon tal-kundizzjoni taħt il-punt (b) ma jistax jipproċedi jekk is-sustanza kimika ma tkunx ġiet ikklassifikata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġena fil-kategorija 1 A jew 1B, jew mutaġenika fil-kategorija 1 A jew 1B, jew tossika għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 A jew 1B jew is-sustanza kimika tissodisfa l-kriterji tal-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li hi persistenti u bijoakkumulattiva jew tossika jew persistenti u bijoakkumulattiva ħafna. Fid-deċiżjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija, għandha tikkunsidra l-impatt possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li fih tkun se tintuża s-sustanza kimika fil-Parti li timporta jew fil-pajjiż ieħor importatur, u tippreżenta d-dokumentazzjoni relevanti lill-Aġenzija, li għandha ssir disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|