+Artikolu 14 Obbligi relatati ma’ esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi minbarra n-notifika dwar l-esportazzjoni
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.

Artikolu 14 Obbligi relatati ma’ esportazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi minbarra n-notifika dwar l-esportazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat minnufih lill-Istati Membri, l-Aġenzija u l-għaqdiet Ewropej tal-industrija, l-informazzjoni li tirċievi, kemm f'forma ta’ ċirkolari jew mod ieħor, mis-Segretarjat dwar is-sustanzi kimiċi soġġetti għall-proċedura tal-PIC u d-deċiżjonijiet tal-Partijiet li jimportaw dwar kondizzjonijiet tal-importazzjoni fuq dawn is-sustanzi kimiċi. Għandha wkoll tibgħat minnufih lill-Istati Membri u l-Aġenzija informazzjoni dwar kwalunkwe każ ta’ nuqqas li tiġi trażmessa tweġiba skont l-Artikolu 10(2) tal-Konvenzjoni. L-Aġenzija għandha tassenja lil kull deċiżjoni dwar l-importazzjoni numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza u żżomm l-informazzjoni kollha dwar tali deċiżjonijiet disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data, u tagħti informazzjoni lil kwalunkwe persuna meta tintalab tipprovdiha.
Artikolu 14 2.
Il-Kummissjoni għandha tassenja kull sustanza kimika elenkata fl-Anness I, klassifika fin-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-klassifiki għandhom jiġu rriveduti kif meħtieġ fid-dawl ta’ kwalunkwe tibdiliet li jkunu saru lin-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana jew lin-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea għas-sustanzi kimiċi kkonċernati.
Artikolu 14 3.
Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni u d-deċiżjonijiet mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 lil dawk affettwati fil-ġurisdizzjoni tiegħu.
Artikolu 14 4.
L-esportaturi għandhom josservaw id-deċiżjonijiet f' kull reazzjoni dwar l-importazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara li s-Segretarjat ikun għarraf għall-ewwel darba lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1.
Artikolu 14 5.
Il-Kummissjoni assistita mill-Aġenzija, kif ukoll l-Istati Membri għandhom javżaw u jassistu lill-Partijiet importaturi, fuq talba u kif xieraq, fil-ksib ta’ aktar informazzjoni meħtieġa biex iħejju tweġiba lis-Segretarjat dwar l-importazzjoni ta’ sustanza kimika speċifika.
Artikolu 14 6.

Sustanzi elenkati fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I jew taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjoni li twassal għall-obbligi ta’ tikkettar skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ikunx fihom sustanzi oħra jew le, indipendentement mill-użu intiż fil-Parti ta’ importazzjoni jew -pajjiż ieħor, m'għandhomx jiġu esportati jekk ma tkunx ġiet ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikun intalab mill-esportatur, u ngħata l-kunsens espliċitu li jimporta, mill-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija,u l-awtorità nazzjonali nominata tal-Parti li timporta jew awtorità kompetenti f'pajjiż ieħor li jimporta;

(b) 

fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-aħħar ċirkolari maħruġa mis-Segretarjat skont il-paragrafu 1 tindika li l-Parti li timporta tat il-kunsens tagħha għall-importazzjoni.

Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati f'Parti 2 tal-Anness I li huma għall-esportazzjoni lejn pajjiżi OECD, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', fuq talba tal-esportatur, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih, tiddeċiedi li l-ebda kunsens espliċitu m'huwa meħtieġ jekk is-sustanza kimika, fil-waqt tal-importazzjoni fil-pajjiż OECD kkonċernat, hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata f'dak il-pajjiż OECD

Fejn ikun intalab il-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jekk l-Aġenzija ma tkunx irċeviet tweġiba għat-talba fi żmien 30 jum, l-Aġenzija għandha f'isem il-Kummissjoni tibgħat tfakkira sakemm il-Kummissjoni jew l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur ma tkunx irċeviet tweġiba u bagħtitha lill-Aġenzija. Fejn jixraq, jekk tkun għadha ma waslitx tweġiba fi żmien 30 jum ieħor, l-Aġenzija tista' tibgħat tfakkiriet ulterjuri kif meħtieġ.

Artikolu 14 7.

Fil-każ ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 2 jew fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur tista', f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija u fuq il-bażi ta’ kull każ għalih u abbażi tat-tieni subparagrafu, tiddeċiedi li l-esportazzjoni tista' tipproċedi, jekk ma teżisti l-ebda evidenza minn sorsi uffiċjali li l-parti li timporta jew pajjiż ieħor ħadu azzjoni regolatorja finali li tipprojbixxi jew trażżan strettament l-użu tas-sustanza kimika u jekk wara l-isforzi raġjonevoli kollha, l-ebda tweġiba għal talba għall-kunsens espliċitu skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ma tkun waslet fi żmien 60 jum u fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali fil-Parti li timporta jew pajjiż ieħor li s-sustanza kimika hija lliċenzjata, irreġistrata jew awtorizzata; jew

(b) 

l-użu maħsub iddikjarat fin-notifika ta’ esportazzjoni u kkonfermat bil-miktub mill-persuna fiżika jew ġuridika li timporta s-sustanza kimika f' Parti jew f' pajjiż ieħor, mhuwiex fil-kategorija li fiha s-sustanza kimika hija elenkata fil-Parti 2 jew 3 tal-Anness I, kif ukoll teżisti evidenza minn sorsi uffiċjali li fl-aħħar 5 snin is-sustanza kimika kienet qed tintuża, jew tiġi importata fil-Parti ta’ importazzjoni jew ' pajjiż ieħor kkonċernat.

Fil-każ tas-sustanzi kimiċi mniżżla fil-Parti 3 tal-Anness I, esport ibbażat fuq is-sodisfazzjon tal-kundizzjoni taħt il-punt (b) ma jistax jipproċedi jekk is-sustanza kimika ma tkunx ġiet ikklassifikata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġena fil-kategorija 1 A jew 1B, jew mutaġenika fil-kategorija 1 A jew 1B, jew tossika għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 A jew 1B jew is-sustanza kimika tissodisfa l-kriterji tal-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li hi persistenti u bijoakkumulattiva jew tossika jew persistenti u bijoakkumulattiva ħafna.

Fid-deċiżjoni dwar l-esportazzjoni ta’ sustanzi kimiċi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness I, l-awtorità nazzjonali nominata tal-Istat Membru tal-esportatur f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija, għandha tikkunsidra l-impatt possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li fih tkun se tintuża s-sustanza kimika fil-Parti li timporta jew fil-pajjiż ieħor importatur, u tippreżenta d-dokumentazzjoni relevanti lill-Aġenzija, li għandha ssir disponibbli permezz tal-Bażi ta’ Data.

Artikolu 14 8.

Il-validità ta’ kull kunsens espliċitu miksub skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 jew deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu skont il-paragrafu 7 għandha tkun soġġetta għal reviżjoni perjodika mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, kif ġej:

(a) 

għal kull kunsens espliċitu miksub skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 kunsens espliċitu ġdid għandu jkun meħtieġ sa tmiem it-tielet sena kalendarja wara li jkun ingħata l-kunsens, sakemm it-termini ta’ dak il-kunsens ma jkunux jesiġu mod ieħor;

(b) 

sakemm ma tasalx risposta għal talba sadanittant, kull deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu skont il-paragrafu 7 għandha tkun għal perjodu massimu validu ta’ 12-il xahar, li meta jiskadu jkun meħtieġ il-kunsens espliċitu.

Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-esportazzjonijiet jistgħu madankollu jkomplu wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti fl-istennija ta’ tweġiba għal talba ġdida għall-kunsens espliċitu għal perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar.

Artikolu 14 9.
L-Aġenzija għandha tirreġistra t-talbiet kollha għall-kunsens espliċitu, it-tweġibiet miksuba u deċiżjonijiet biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu, inkluża d-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 7, fil-Bażi ta’ Data. Kull kunsens espliċitu li jinkiseb jew deċiżjoni biex titwettaq l-esportazzjoni fejn ma jkunx hemm kunsens espliċitu għandu/ha jiġi/tiġi assenjat/a numru ta’ identifikazzjoni ta’ referenza u għandu/ha jiġi/tiġi elenkat bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar kwalunkwe kondizzjoni anċillari, bħad-dati ta’ validità. L-informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha ssir disponibbli pubblikament permezz tal-Bażi ta’ Data.
Artikolu 14 10.
L-ebda sustanza kimika m'għandha tiġi esportata aktar tard minn sitt xhur qabel id-data meta tiskadi, fejn din id-data teżisti jew tista' tiġi kkalkolata mid-data tal-prodouzzjoni, sakemm dan ikun prattiku fid-dawl tal-kwalitajiet intrinsiċi tas-sustanza kimika. B'mod partikolari, fil-każ ta’ pestiċidi, l-esportaturi għandhom jiżguraw li d-daqs u l-ippakkjar tal-kontenituri huma ottimizzati sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li jinħoloq stokk skadut.
Artikolu 14 11.
Meta jesportaw il-pestiċidi, l-esportaturi għandhom jiżguraw li t-tikketta jkun fiha informazzjoni speċifika dwar il-kondizzjonijiet tal-ħżin u l-istabilità tal-ħażna taħt il-kondizzjonijiet klimatiċi tal-Parti li timporta jew tal-pajjiż importatur ieħor. Barra minn hekk, għandhom jiżguraw li l-pestiċidi esportati jkunu konformi mal-ispeċifikazzjoni dwar is-safa stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.