+Artikolu 20 Skambju tal-informazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 Skambju tal-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija, u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw kif xieraq il-provvista ta’ informazzjoni xjentifika, teknika, ekonomika u legali dwar sustanzi kimiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni tossikoloġika, ekotossikoloġika u dwar is-sikurezza.

Il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri u l-Aġenzija kif meħtieġ, għandha tiżgura kif xieraq dan li ġej:

(a) 

il-provvediment ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dwar azzjonijiet regolatorji rilevanti għall-għanijiet fil-Konvenzjoni;

(b) 

il-provvediment ta’ informazzjoni għall-Partijiet u pajjiżi oħra direttament jew permezz tas-Segretarjat dwar dawk l-azzjonijiet li sostanzjalment jirrestrinġu użu wieħed jew aktar ta’ sustanza kimika.

Artikolu 20 2.
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu minn Parti jew pajjiż ieħor kif miftiehem reċiprokament.
Artikolu 20 3.

Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 13 ), tal-anqas l-informazzjoni li ġejja m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali:

(a) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II u fl-Anness IV;

(b) 

l-informazzjoni li tinsab fl-iskedi tad-dejta tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 17(3);

(c) 

id-data tal-iskadenza ta’ sustanza kimika;

(d) 

id-data tal-produzzjoni ta’ sustanza kimika;

(e) 

informazzjoni dwar miżuri prekawzjonali, inklużi l-klassifikazzjoni skont il-periklu, in-natura tar-riskju u l-avviż rilevanti ta’ sikurezza;

(f) 

ir-riżultati fil-qosor tat-testijet tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi;

(g) 

informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-ippakkjar wara li jkunu tneħħew is-sustanzi kimiċi.

Artikolu 20 4.
Kumpilazzjoni tal-informazzjoni trażmessa għandha titħejja kull sentejn mill-Aġenzija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.