+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

NOTIFIKA TAL-ESPORTAZZJONI

L-informazzjoni li ġejja hija mitluba skont l-Artikolu 8:

1. 

Identità tas-sustanzi li għandhom jiġu esportati:

(a) 

isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata;

(b) 

ismijiet oħra (eż. isem ISO, ismijiet komuni, ismijiet kummerċjali u abbrevjazzjonijiet);

(ċ) 

Numru EINECS (Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Eżistenti) u numru CAS (Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi);

(d) 

Numru CUS (Inventarju Doganali Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi) u l-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda;

(e) 

impuritajiet ewlenin tas-sustanza, meta jkunu partikolarment rilevanti.

2. 

Identità tat-taħlita li ser tiġi esportata:

(a) 

l-isem u/jew id-denominazzjoni kummerċjali tat-taħlita;

(b) 

għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, perċentwal u dettalji kif speċifikat taħt il-punt 1;

(ċ) 

Numru CUS (Inventarju Doganali Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi) u l-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda.

3. 

Identità tal-prodott li għandu jiġi esportat:

(a) 

isem u/jew deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott;

(b) 

għal kull sustanza elenkata fl-Anness I, il-perċentwal u d-dettalji kif speċifikati fil-punt 1.

4. 

Informazzjoni dwar l-esportazzjoni:

(a) 

pajjiż tad-destinazzjoni;

(b) 

pajjiż tal-oriġini;

(ċ) 

data mistennija tal-ewwel esportazzjoni din is-sena;

(d) 

ammont stmat tas-sustanza kimika għall-esportazzjoni lejn il-pajjiż ikkonċernat din is-sena;

(e) 

użu intenzjonat fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jekk magħruf, inkluża informazzjoni; dwar il-kategorija/i skont il-Konvenzjoni li dan l-użu jaqa’ taħtha;

(f) 

isem, indirizz u dettalji rilevanti oħrajn tal-persuna fiżika jew ġuridika li timporta;

(g) 

isem, indirizz u dettalji oħrajn rilevanti tal-esportatur.

5. 

Awtoritajiet Nazzjonali Nominati:

(a) 

l-isem, l-indirizz, telefown u teleks, numru tal-feks jew E-mail tal-awtorità nominata fl-Unjoni li minnha tista’ tinkiseb iktar informazzjoni;

(b) 

l-isem, l-indirizz, telefown u teleks, numru tal-feks jew E-mail tal-awtorità nominata fil-pajjiż importatur.

6. 

L-informazzjoni dwar prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluża l-kategorija tat-twissija dwar riskju u sikurezza.

7. 

Taqsira tal-proprjetajiet fiżikotossiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi.

8. 

Użu tas-sustanza kimika fl-Unjoni:

(a) 

użi, kategorija/i skont il-Konvenzjoni u s-sottokategorija/i tal-Unjoni li huma soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll (projbizzjoni jew restrizzjoni severa);

(b) 

użi li għalihom is-sustanza kimika mhix ipprojbita jew ristretta severament (kategoriji u sottokategoriji ta’ użi kif iddefiniti fl-Anness I għar-Regolament);

(ċ) 

stima, fejn hija disponibbli, tal-kwantitajiet tas-sustanza kimika prodotta, importata, esportata u użata.

9. 

Informazzjoni dwar miżuri kawtelatorji biex jitnaqqsu l-esponiment għal u l-emissjoni tas-sustanza kimika.

10. 

Taqsira tar-restrizzjonijiet regolatroji u raġunijiet għalihom.

11. 

Taqsira dwar l-informazzjoni speċifikata fil-punti 2(a), (c) u (d) tal-Anness IV.

12. 

Informazzjoni oħra pprovduta mill-Parti esportatriċi minħabba li hija kkunsidrata ta’ tħassib jew aktar informazzjoni kif speċifikat fl-Anness IV meta din tintalab mill-Parti importatriċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.10.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0649
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.