Artikolu 7
Responsabbiltà għal ħsara ambjentali
Mingħajr preġudizzju għall-ambitu eżistenti tar-responsabbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni għal danni ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2004/35/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-liċenzja jkun finanzjarjament responsabbli għall-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni ta' dannu ambjentali kif definit f'dik id-Direttiva, ikkawżat minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore imwettqa minn, jew f'isem, id-detentur tal-liċenzja jew l-operatur.