+KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS
---+Artikolu 3 Prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
---+Artikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
------+Article 4 6.
---+Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fiż-żoni liċenzjati
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
------+Article 6 4.
------+Article 6 5.
------+Article 6 6.
------+Article 6 7.
------+Article 6 8.
---+Artikolu 7 Responsabbiltà għal ħsara ambjentali
---+Artikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetenti
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
------+Article 8 5.
------+Article 8 6.
------+Article 8 7.
------+Article 8 8.
------+Article 8 9.
---+Artikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetenti
---+Artikolu 10 Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.

KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS

KAPITOLU II PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR RELATATI MA' OPERAZZJONIJIET TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 Prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali tal-ġestjoni tar-riskji f'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi biex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jevitaw aċċidenti kbar fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ma jkunux eżonerati mill-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva minħabba l-fatt li azzjonijiet jew ommissjonijiet li jwasslu jew jikkontribwixxu għall-aċċidenti kbar ġew mwettqa minn kuntratturi.

3.  Fil-każ ta' aċċident kbir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jillimitaw il-konsegwenzi tiegħu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

4.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi biex jiżguraw li l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore jitwettqu abbażi ta’ ġestjoni sistematika tar-riskji b'mod li r-riskji residwi ta’ aċċidenti kbar għall-persuni, l-ambjent u l-installazzjonijiet offshore jkunu aċċettabbli.

Artikolu 4 Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji

Artikolu 4

Kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ambjent fir-rigward tal-liċenzji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti jew it-trasferiment ta' liċenzji għat-twettiq ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore għandhom jieħdu kont tal-kapaċità tal-applikant għal tali liċenzja li jilħaq ir-rekwiżiti għal operazzjonijiet fil-qafas tal-liċenzja kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari din id-Direttiva.

2.  B'mod partikolari, fil-valutazzjoni tal-kapaċità teknika u finanzjarja tal-applikant għal liċenzja, għandu jittieħed kont debitu ta' dan li ġej:

(a) 

ir-riskju, il-perikli u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relata aż-żona liċenzjata kkonċernata inkluż, fejn adatt, l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(b) 

l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore;

(c) 

il-kapaċitajiet finanzjarji tal-applikant, inklużi kwalunkwe garanzija, li jkopru r-responsabbiltajiet li potenzjalment jirriżultaw minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore inkwistjoni inkluż ir-responsabbiltà għal danni ekonomiċi potenzjali fejn responsabbiltà ta' dan it-tip hija prevista mid-dritt nazzjonali;

(d) 

l-informazzjoni disponibbli rigward il-prestazzjoni ta' sikurezza u dik ambjentali tal-applikant, inkluż fir-rigward ta' aċċidenti kbar, skont kif ikun adatt għall-operazzjonijiet li għalihom intalbet il-liċenzja.

Qabel ma tingħata jew tiġi trasferita liċenzja għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tikkonsulta, fejn adatt, mal-awtorità kompetenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji ma tagħtix liċenzja jekk ma tkunx sodisfatta li l-applikant ikun ta prova ta’ miżuri adegwati li l-applikant ħa jew ser jieħu, abbażi ta' arranġamenti li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, biex ikopru responsabbiltajiet li potenzjalment joriġinaw mill-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore tal-applikant. Tali provvediment għandu jkun validu u effettiv minn meta jinbdew l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. L-Istat Membru għandu jitlob lill-applikanti biex jagħtu prova, b’mod adatt, tal-kapaċità teknika u finanzjarja u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata maż-żona koperta mil-liċenzja u l-istadju partikolari tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex jiġi stabbilit li l-applikant għandu riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-bidu immedjat u l-kontinwazzjoni mingħajr interruzzjonijiet tal-miżuri kollha neċessarji għal rispons ta' emerġenza effettiv u rijabilitazzjoni sussegwenti.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji sostenibbli u arranġamenti oħrajn biex jassistu dawk li qed japplikaw għal liċenzji juru l-kapaċità finanzjarja tagħhom skont l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom, bħala minimu, jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-ġestjoni fil-pront u adegwata tat-talbiet għall-kumpens inkluż fir-rigward ta' pagamenti ta' kumpens għal inċidenti transkonfinali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-detenturi tal-liċenzja li jżomm kapaċità suffiċjenti biex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom li jirriżultaw mir-responsabbiltajiet għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.

4.  L-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji jew id-detentur tal-liċenzja għandu jaħtar lill-operatur. Meta l-operatur għandu jinħatar mid-detentur tal-liċenzja, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi notifikata bil-ħatra minn qabel. F'tali każijiet, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji, jekk ikun meħtieġ f’konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tista’ toġġezzjona l-ħatra tal-operatur. Meta titqajjem tali oġġezzjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja jaħtar operatur alternattiv xieraq jew jieħu r-responsabbiltajiet tal-operatur skont din id-Direttiva.

5.  Il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore relatati ma' żona liċenzjata partikolari għandhom ikunu organizzati b'tali mod li l-informazzjoni miġbura bħala riżultat ta' attività ta' esplorazzjoni tista' tiġi meqjusa mill-Istat Membru qabel ma tibda l-produzzjoni.

6.  Fil-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji ta' applikant għal liċenzja, għandha tingħata attenzjoni speċjali għal kwalunkwe ambjent tal-baħar u kostali li huwa ambjentalment sensittiv, b'mod partikolari l-ekosistemi li għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fl-adattament għalih, bħal-bwar salmastri u l-mergħat tal-ħaxix tal-baħar; u żoni protetti tal-baħar, bħal żoni speċjali ta' konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjenti naturali tal-fawna u l-flora selvaġġi ( 3 ), żoni ta' protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi ( 4 ), u żoni protetti tal-baħar li dwarhom hemm qbil fl-Unjoni jew fl-Istati Membri kkonċernati fil-qafas ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali li għalihom huma parti.

Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent

Artikolu 5

Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent

1.  It-tħaffir ta' bir ta' esplorazzjoni minn installazzjoni mhux tal-produzzjoni ma għandux jibda għajr jekk l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru jkunu żguraw minn qabel li tkun saret kif adatt parteċipazzjoni tal-pubbliku bikrija u effettiva dwar l-effetti possibbli fuq l-ambjent tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ippjanati f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni, partikolarment id-Direttiva 2001/42/KE jew id-Direttiva 2011/92/UE.

2.  Fejn ma tkun saret parteċipazzjoni tal-pubbliku skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-arranġamenti li ġejjin:

(a) 

il-pubbliku jiġi infurmat, jew b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi adatti oħra bħall-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni, dwar il-post fejn huwa maħsub li jiġi permess li jsiru operazzjonijiet ta' esplorazzjoni;

(b) 

il-pubbliku kkonċernat jiġi identifikat jew li jkollhom interess fid-deċiżjoni inkluż il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx jiġi affettwat mid-deċiżjoni li jingħata permess għal operazzjonijiet ta' esplorazzjoni inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, bħal dawk li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn;

(c) 

informazzjoni rilevanti dwar tali operazzjonijiet ippjanati ssir disponibbli għall-pubbliku inkluż, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar id-dritt għall-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u lil min jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet;

(d) 

il-pubbliku huwa intitolat jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-alternattivi kollha jkunu miftuħa qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet li jippermettu li ssir l-esplorazzjoni;

(e) 

fit-teħid ta' deċiżjonijiet skont il-punt (d), għandu jittieħed kont debitu tar-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; u

(f) 

wara li jkun eżamina l-kummenti u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku, l-Istat Membru inkwistjoni jinforma lill-pubbliku fil-pront dwar id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati dawk id-deċiżjonijiet, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

Għandhom ikunu pprovduti perijodi ta’ żmien raġonevoli li jippermettu żmien suffiċjenti għal kull stadju differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3.  Dan l-Artikolu ma japplikax fir-rigward ta' żoni liċenzjati qabel it-18 ta’ Lulju 2013.

Artikolu 6 Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fiż-żoni liċenzjati

Artikolu 6

Operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fiż-żoni liċenzjati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-installazzjonijiet tal-produzzjoni u l-infrastruttura konnessa jkunu operati biss f’żoni liċenzjati minn operaturi nnominati għal dak il-għan biss f’konformità mal-Artikolu 4(4).

2.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja biex jiżgura li l-operatur ikollu l-kapaċità li jilħaq ir-rekwiżiti għall-operazzjonijiet speċifiċi fil-qafas tal-liċenzja.

3.  Matul l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore kollha, l-Istati Membri għandhom jitolbu lid-detentur tal-liċenzja biex jieħu l-passi raġonevoli kollha biex jiżgura li l-operatur jilħaq ir-rekwiżiti, iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet tiegħu skont din id-Direttiva.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-operatur ma għadx għandu l-kapaċità biex jilħaq ir-rekwiżiti rilevanti skont din id-Direttiva, l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha tiġi infurmata. L-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji għandha imbagħad tinnotifika lid-detentur tal-liċenzja dwar dan u d- detentur tal-liċenzja għandu jieħu r-responsabbiltà mit-twettiq tad-dmirijiet konċernati u, għandu mingħajr dewmien, jipproponi operatur ta’ sostituzzjoni għall-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet relatati mal-installazzjonijiet tal-produzzjoni u dawk mhux tal-produzzjoni la jinbdew u lanqas jitkomplew sakemm ikun ġie aċċettat ir-rapport dwar perikli kbar mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati la jinbdew u lanqas jitkomplew sakemm ir-rapport dwar perikli kbar għall-installazzjonijiet involuti ma jkun ġie aċċettat f'konformità ma' din id-Direttiva. Barra minn hekk, tali operazzjonijiet ma għandhom la jinbdew u lanqas jitkomplew fejn notifika ta’operazzjonijiet ta' bir jew notifika ta' operazzjonijiet kombinati ma ġietx ippreżentata f'konformità mal-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament lill-awtorità kompetenti jew fejn l-awtorità kompetenti tesprimi oġġezzjonijiet għall-kontenut ta’ notifika.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi stbbilita żona ta’ sikurezza madwar l-installazzjoni u li l-bastimenti jkunu pprojbiti milli jidħlu jew jibqgħu f’dik iż-żona ta’ sikurezza.

Madankollu, dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għal bastiment li jidħol jew jibqa’ fiż-żona ta’ sikurezza:

(a) 

b'konnessjoni mat-tqegħid, l-ispezzjoni, l-ittestjar, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-modifika, it-tiġdid jew it-tneħħija ta' kwalunkwe cable jew pipeline sottomarin f'dik iż-żona ta' sikurezza jew viċin tagħha;

(b) 

biex jipprovdu servizzi għal jew sabiex jinġarru persuni jew oġġetti lejn u minn kwalunkwe installazzjoni f'dik iż-żona ta' sikurezza;

(c) 

biex tiġi spezzjonata kwalunkwe installazzjoni jew infrastruttura relatata f'dik iż-żona ta' sikurezza taħt l-awtorità tal-Istat Membru;

(d) 

b'konnessjoni biex isalva jew f'tentattiv li jsalva l-ħajja jew il-proprjetà;

(e) 

skont il-kundizzjonijiet tat-temp;

(f) 

meta ikun jeħtieġ l-għajnuna; jew

(g) 

jekk ikun hemm kunsens mill-operatur, sid jew l-Istat Membru fejn tinsab iż-żona ta’ sikurezza.

8.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-parteċipazzjoni effettiva f’konsultazzjoni tripartitika bejn l-awtorità kompetenti, l-operaturi u s-sidien, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-formulazzjoni ta’ standards u politiki li jittrattaw il-prevenzjoni ta’ aċċident kbir.

Artikolu 7 Responsabbiltà għal ħsara ambjentali

Artikolu 7

Responsabbiltà għal ħsara ambjentali

Mingħajr preġudizzju għall-ambitu eżistenti tar-responsabbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni għal danni ambjentali f'konformità mad-Direttiva 2004/35/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-liċenzja jkun finanzjarjament responsabbli għall-prevenzjoni u r-rijabilitazzjoni ta' dannu ambjentali kif definit f'dik id-Direttiva, ikkawżat minn operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore imwettqa minn, jew f'isem, id-detentur tal-liċenzja jew l-operatur.

Artikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetenti

Artikolu 8

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għall- funzjonijiet regolatorji:

(a) 

il-valutazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' rapporti dwar perikli kbar, il-valutazzjoni tan-notifiki tad-disinn, u l-valutazzjonijiet tan-notifiki ta' operazzjonijiet tal-bjar jew ta’ operazzjonijiet kombinati, u dokumenti oħra simili li huma ppreżentati lilhom;

(b) 

jissorveljaw il-konformità mill-operaturi u s-sidien ma' din id-Direttiva, inklużi spezzjonijiet, investigazzjonijiet u azzjonijiet ta' infurzar;

(c) 

joffru konsulenza lil awtoritajiet jew korpi oħrajn, inkluż l-awtorità li toħroġ il-liċenzji;

(d) 

jagħmlu pjanijiet annwali f'konformità mal-Artikolu 21;

(e) 

jipproduċu rapporti;

(f) 

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-punti ta' kuntatt f'konformità mal-Artikolu 27.

2.  L-Istati Membri għandhom f'kull ħin jiżguraw l-indipendenza u l-oġġettività tal-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha u partikolarment fir-rigward tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Għaldaqstant, għandhom jiġu pprevenuti kunflitti ta’ interessi bejn il-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti min-naħa waħda u, min-naħa l-oħra, il-funzjonijiet regolatorji relatati mal-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-ħruġ ta’ liċenzji għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ dħul minn dawk l-operazzjonijiet.

3.  Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3a, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti għandhom jitwettqu fi ħdan awtorità li tkun indipendenti minn kwalunkwe funzjoni tal-Istat Membru li tirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-liċenzjar ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta' dħul minn dawn l-operazzjonijiet.

Madankollu, meta n-numru totali tal-installazzjonijiet li normalment ikollhom in-nies magħhom ikun inqas minn 6, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li ma japplikax l-ewwel subparagrafu. Tali deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku deskrizzjoni ta' kif l-awtorità kompetenti hija organizzata, inkluż ir-raġuni għaliex stabbilixxew l-awtorità kompetenti b'dak il-mod, u l-mod kif żguraw it-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva. Dawk ir-riżorsi għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offhsore tal-Istati Membri.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet formali mal-aġenziji tal-Unjoni adatti jew korpi oħrajn xierqa fejn disponibbli, għall-għoti ta’ kompetenzi speċjalizzati b’appoġġ għall-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, korp ma għandux jitqies xieraq fejn l-oġġettività tiegħu tista' tiġi kompromessa b'kunflitti ta' interess.

7.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li skonthom l-ispejjeż finanzjarji għall-awtorità kompetenti, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, ikun jistgħu jiġu koperti mis-sidien tal-liċenzja jew l-operaturi jew is-sidien.

8.  Fejn l-awtorità kompetenti tkun magħmula minn aktar minn korp wieħed, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ funzjonijiet regolatorji bejn il-korpi. L-Istati Membri jistgħu jaħtru wieħed mill-korpi kostitwenti bħala l-korp mexxej responsabbli għall-koordinazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva u mir-rappurtar lill-Kummissjoni.

9.  L-Istati Membri għandhom janalizzaw l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti u għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex itejbu l-effikaċjà tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetenti

Artikolu 9

Funzjonament tal-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:

(a) 

taġixxi indipendentement mill-politiki, id-deċiżjonijiet regolatorji jew konsiderazzjonijiet oħrajn mhux relatati mad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;

(b) 

tiċċara l-limitu tar-responsabbiltajiet tagħha u r-responsabbiltajiet tal-operatur u tas-sid mill-kontroll ta’ riskji ta’ aċċident kbir skont din id-Direttiva;

(c) 

tistabbilixxi politika, proċess u proċeduri għall-valutazzjoni bir-reqqa ta’ rapporti dwar perikli kbar u notifiki ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll biex tiġi mħarsa l-konformità ma' din id-Direttiva fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru, inkluż l-ispezzjoni, investigazzjoni u infurzar tal-azzjonijiet;

(d) 

tagħmel disponibbli l-politika, il-proċess u l-proċeduri skont il-punt (c) lill-operaturi u s-sidien u tagħmel disponibbli taqsiriet ta' dawn lill-pubbliku;

(e) 

fejn ikun meħtieġ, tħejji u timplimenta proċeduri kkoordinati u konġunti ma' awtoritajiet oħrajn fl-Istat Membru biex jitwettqu d-dmirijiet skont din id-Direttiva; u

(f) 

tibbaża l-politika, l-organizzazzjoni u l-proċeduri operazzjonali fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 10 Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Artikolu 10

Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

1.  L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA, minn hawn 'il quddiem "Aġenzija") tipprovdi assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni f'konformità mal-mandat tagħha taħt ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

2.  Fil-qafas tal-mandat tagħha, l-Aġenzija għandha:

(a) 

tassisti lill-Kummissjoni u l-Istat Membru affettwat, fuq talba tiegħu, fid-detezzjoni u l-monitoraġġ tal-entità tat-tixrid taż-żejt jew tal-gass;

(b) 

tassisti lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, bit-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza esterna, speċjalment meta jkun hemm impatti transkonfinali fl-ilmijiet offshore tal-Istati Membri jew lil hinn minnhom;

(c) 

abbażi tal-pjanijiet ta' emerġenza esterni u interni tal-Istati Membri, tiżviluppa mal-Istati Membri u l-operaturi katalogu ta' tagħmir u servizzi ta' emerġenza disponibbli.

3.  L-Aġenzija tista', jekk tiġi mitluba:

(a) 

tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rispons għal emerġenza esterni tal-Istati Membri biex jiġi vverifikat jekk il-pjanijiet humiex konformi ma' din id-Direttiva;

(b) 

tanalizza eżerċizzji ffokati fuq l-ittestjar tal-mekkaniżmi ta' emerġenza transkonfinali u dawk tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.