|
+Artikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetenti ---+Article 8 1. ---+Article 8 2. ---+Article 8 3. ---+Article 8 4. ---+Article 8 5. ---+Article 8 6. ---+Article 8 7. ---+Article 8 8. ---+Article 8 9. |
Artikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetentiArtikolu 8 Ħatra tal-awtorità kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għall- funzjonijiet regolatorji:
(a)
il-valutazzjoni u l-aċċettazzjoni ta' rapporti dwar perikli kbar, il-valutazzjoni tan-notifiki tad-disinn, u l-valutazzjonijiet tan-notifiki ta' operazzjonijiet tal-bjar jew ta’ operazzjonijiet kombinati, u dokumenti oħra simili li huma ppreżentati lilhom;
(b)
jissorveljaw il-konformità mill-operaturi u s-sidien ma' din id-Direttiva, inklużi spezzjonijiet, investigazzjonijiet u azzjonijiet ta' infurzar;
(c)
joffru konsulenza lil awtoritajiet jew korpi oħrajn, inkluż l-awtorità li toħroġ il-liċenzji;
(d)
jagħmlu pjanijiet annwali f'konformità mal-Artikolu 21;
(e)
jipproduċu rapporti;
(f)
jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-punti ta' kuntatt f'konformità mal-Artikolu 27. 2. L-Istati Membri għandhom f'kull ħin jiżguraw l-indipendenza u l-oġġettività tal-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha u partikolarment fir-rigward tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1. Għaldaqstant, għandhom jiġu pprevenuti kunflitti ta’ interessi bejn il-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti min-naħa waħda u, min-naħa l-oħra, il-funzjonijiet regolatorji relatati mal-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-ħruġ ta’ liċenzji għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ dħul minn dawk l-operazzjonijiet. 3. Sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 3a, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-funzjonijiet regolatorji tal-awtorità kompetenti għandhom jitwettqu fi ħdan awtorità li tkun indipendenti minn kwalunkwe funzjoni tal-Istat Membru li tirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku tar-riżorsi naturali offshore u l-liċenzjar ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-Istat Membru u l-ġbir u l-ġestjoni ta' dħul minn dawn l-operazzjonijiet. Madankollu, meta n-numru totali tal-installazzjonijiet li normalment ikollhom in-nies magħhom ikun inqas minn 6, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li ma japplikax l-ewwel subparagrafu. Tali deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 2. 4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku deskrizzjoni ta' kif l-awtorità kompetenti hija organizzata, inkluż ir-raġuni għaliex stabbilixxew l-awtorità kompetenti b'dak il-mod, u l-mod kif żguraw it-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti jkollha riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva. Dawk ir-riżorsi għandhom ikunu proporzjonati mal-livell tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offhsore tal-Istati Membri. 6. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet formali mal-aġenziji tal-Unjoni adatti jew korpi oħrajn xierqa fejn disponibbli, għall-għoti ta’ kompetenzi speċjalizzati b’appoġġ għall-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji tagħha. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, korp ma għandux jitqies xieraq fejn l-oġġettività tiegħu tista' tiġi kompromessa b'kunflitti ta' interess. 7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li skonthom l-ispejjeż finanzjarji għall-awtorità kompetenti, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, ikun jistgħu jiġu koperti mis-sidien tal-liċenzja jew l-operaturi jew is-sidien. 8. Fejn l-awtorità kompetenti tkun magħmula minn aktar minn korp wieħed, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jevitaw id-duplikazzjoni ta’ funzjonijiet regolatorji bejn il-korpi. L-Istati Membri jistgħu jaħtru wieħed mill-korpi kostitwenti bħala l-korp mexxej responsabbli għall-koordinazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji skont din id-Direttiva u mir-rappurtar lill-Kummissjoni. 9. L-Istati Membri għandhom janalizzaw l-attivitajiet tal-awtorità kompetenti u għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex itejbu l-effikaċjà tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet regolatorji stabbiliti fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|