|
+Artikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetenti |
Artikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetentiArtikolu 9 Funzjonament tal-awtorità kompetenti L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:
(a)
taġixxi indipendentement mill-politiki, id-deċiżjonijiet regolatorji jew konsiderazzjonijiet oħrajn mhux relatati mad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;
(b)
tiċċara l-limitu tar-responsabbiltajiet tagħha u r-responsabbiltajiet tal-operatur u tas-sid mill-kontroll ta’ riskji ta’ aċċident kbir skont din id-Direttiva;
(c)
tistabbilixxi politika, proċess u proċeduri għall-valutazzjoni bir-reqqa ta’ rapporti dwar perikli kbar u notifiki ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 11 kif ukoll biex tiġi mħarsa l-konformità ma' din id-Direttiva fil-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru, inkluż l-ispezzjoni, investigazzjoni u infurzar tal-azzjonijiet;
(d)
tagħmel disponibbli l-politika, il-proċess u l-proċeduri skont il-punt (c) lill-operaturi u s-sidien u tagħmel disponibbli taqsiriet ta' dawn lill-pubbliku;
(e)
fejn ikun meħtieġ, tħejji u timplimenta proċeduri kkoordinati u konġunti ma' awtoritajiet oħrajn fl-Istat Membru biex jitwettqu d-dmirijiet skont din id-Direttiva; u
(f)
tibbaża l-politika, l-organizzazzjoni u l-proċeduri operazzjonali fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness III. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|