|
+Artikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet |
Artikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijietArtikolu 18 Setgħa tal-awtorità kompetenti fir-rigward ta' operazzjonijiet fuq l-installazzjonijiet L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:
(a)
tipprojbixxi l-operazzjoni jew il-bidu ta' operazzjonijiet ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn il-miżuri proposti fir-rapport dwar perikli kbar għall-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tal-konsegwenzi ta' aċċidenti kbar jew notifiki ta' operazzjonijiet ta' bir jew operazzjonijiet kombinati skont il-punti (h) jew (i) tal-Artikolu 11(1) rispettivament jitqiesu insuffiċjenti biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva;
(b)
f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u fejn hija tqis li l-protezzjoni tas-sikurezza u tal-ambjent ma jkunux kompromessi, tnaqqas il-perijodu ta' żmien meħtieġ bejn il-preżentazzjoni tar-rapport dwar perikli kbar jew dokumenti oħrajn li ghandhom jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 11 u l-bidu tal-operazzjonijiet;
(c)
titlob li l-operatur jieħu dawk il-miżuri proporzjonati kif l-awtorità kompetenti tqis li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 3(1);
(d)
meta japplika l-Artikolu 6(4), tieħu miżuri adegwati biex tiżgura s-sikurezza kontinwa tal-operazzjonijiet;
(e)
ikollha s-setgħa li titlob titjib u, jekk neċessarju, tipprojbixxi li jissokta t-tħaddim ta' kwalunkwe installazzjoni jew kwalunkwe parti minnha jew kwalunkwe infrastruttura konnessa fejn l-eżitu ta' spezzjoni, determinazzjoni skont l-Artikolu 6(4), rieżami perjodiku tar-rapport dwar perikli kbar ippreżentat skont il-punt (e) tal-Artikolu 11 jew bidliet fin-notifiki skont l-Artikolu 11, juru li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva mhumiex jiġu sodisfatti jew ikun hemm tħassib raġonevoli dwar is-sikurezza tal-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore jew l-installazzjonijiet; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|