|
+Artikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ---+Article 31 1. ---+Article 31 2. ---+Article 31 3. ---+Article 31 4. ---+Article 31 5. ---+Article 31 6. |
Artikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhomArtikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom 1. Fejn Stat Membru jqis li periklu kbir relatat ma' operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore li għandhom isiru taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor, huwa għandu, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-Istat Membru potenzjalment affettwat u għandu jistinka, flimkien ma' dak l-Istat Membru, biex jadotta miżuri biex jipprevjeni l-ħsarat. L-Istati Membri li jikkunsidraw lilhom infushom potenzjalment affettwati, jistgħu jitolbu l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu għandha sseħħ l-operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, biex jippreżentalhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Dawk l-Istati Membri jistgħu jevalwaw l-effettività tal-miżuri b'mod konġunt, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-funzjonijiet regolatorji tal-awtorita' kompetenti li jkollha l-ġurisdizzjoni għall-operazzjoni kkonċernata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8(1). 2. Il-perikli kbar identifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu fil-pjanijiet interni u esterni għal emerġenza biex jiġi ffaċilitat rispons effettiv konġunt għal aċċident kbir. 3. Fejn ikun hemm ir-riskju li effetti transkonfinali prevedibbli ta' aċċidenti kbar jaffettwaw pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi reċiproka, jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-pajjiżi terzi. 4. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom il-miżuri relatati ma' żoni barra mill-Unjoni sabiex jevitaw effetti potenzjalment negattivi ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore. 5. L-Istati Membri għandhom regolarment jittestjaw it-tħejjija tagħhom biex jirrispondu b’mod effettiv għal inċidenti f’kooperazzjoni mal-Istati Membri potenzjalment affettwati, Aġenziji rilevanti tal-Unjoni u, fuq bażi reċiproka, pajjiżi terzi potenzjalment affettwati. Il-Kummissjoni tista’ tikkontribwixxi għal eżerċizzji ffokati fuq l-ittestjar ta' mekkaniżmi ta' emerġenza transkonfinali. 6. Fil-każ ta’ aċċident kbir, jew ta’ theddida imminenti ta’ dan, li kellu jew li jista' jkollu effetti transkonfinali, l-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-aċċident kbir jew it-theddida imminenti tiegħu għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u lil dawk l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li jistgħu jkunu affettwati mill-aċċident kbir u għandu kontinwament jipprovdi informazzjoni rilevanti għal rispons effettiv għal emerġenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|