+KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI
---+Artikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom
------+Article 31 1.
------+Article 31 2.
------+Article 31 3.
------+Article 31 4.
------+Article 31 5.
------+Article 31 6.
---+Artikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
------+Article 32 3.
------+Article 32 4.
---+Artikolu 33 Approċċ koordinat għas-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
------+Article 33 3.

KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI

KAPITOLU VIII EFFETTI TRANSKONFINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

Artikolu 31

Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

1.  Fejn Stat Membru jqis li periklu kbir relatat ma' operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore li għandhom isiru taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor, huwa għandu, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, jibgħat l-informazzjoni rilevanti lill-Istat Membru potenzjalment affettwat u għandu jistinka, flimkien ma' dak l-Istat Membru, biex jadotta miżuri biex jipprevjeni l-ħsarat.

L-Istati Membri li jikkunsidraw lilhom infushom potenzjalment affettwati, jistgħu jitolbu l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu għandha sseħħ l-operazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore, biex jippreżentalhom l-informazzjoni rilevanti kollha. Dawk l-Istati Membri jistgħu jevalwaw l-effettività tal-miżuri b'mod konġunt, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-funzjonijiet regolatorji tal-awtorita' kompetenti li jkollha l-ġurisdizzjoni għall-operazzjoni kkonċernata skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 8(1).

2.  Il-perikli kbar identifikati skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu fil-pjanijiet interni u esterni għal emerġenza biex jiġi ffaċilitat rispons effettiv konġunt għal aċċident kbir.

3.  Fejn ikun hemm ir-riskju li effetti transkonfinali prevedibbli ta' aċċidenti kbar jaffettwaw pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi reċiproka, jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-pajjiżi terzi.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom il-miżuri relatati ma' żoni barra mill-Unjoni sabiex jevitaw effetti potenzjalment negattivi ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore.

5.  L-Istati Membri għandhom regolarment jittestjaw it-tħejjija tagħhom biex jirrispondu b’mod effettiv għal inċidenti f’kooperazzjoni mal-Istati Membri potenzjalment affettwati, Aġenziji rilevanti tal-Unjoni u, fuq bażi reċiproka, pajjiżi terzi potenzjalment affettwati. Il-Kummissjoni tista’ tikkontribwixxi għal eżerċizzji ffokati fuq l-ittestjar ta' mekkaniżmi ta' emerġenza transkonfinali.

6.  Fil-każ ta’ aċċident kbir, jew ta’ theddida imminenti ta’ dan, li kellu jew li jista' jkollu effetti transkonfinali, l-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-aċċident kbir jew it-theddida imminenti tiegħu għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u lil dawk l-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi li jistgħu jkunu affettwati mill-aċċident kbir u għandu kontinwament jipprovdi informazzjoni rilevanti għal rispons effettiv għal emerġenza.

Artikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

Artikolu 32

Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom

1.  L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jaħtru punt ta' kuntatt sabiex ikollhom skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri rilevanti li jinsabu ħdejhom.

2.  L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw l-Artikolu 29 (4) u (7) sabiex jiżguraw li tkun stabbilita kapaċità adegwata ta' rispons fil-każ li jiġu affettwati minn inċident kbir.

3.  L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jikkoordinaw l-ippjanar ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom fl-ambjent tal-baħar ma' Stati Membri rilevanti oħrajn sa fejn meħtieġ biex jiżguraw l-aktar rispons effettiv għal aċċident kbir.

4.  Fejn Stat Membru li m'għandux operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jiġi affettwat minn aċċident kbir, huwa għandu:

(a) 

jieħu l-miżuri adatti kollha, f'konformità mal-ippjannar ta' kontinġenza nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3;

(b) 

jiżgura li kwalunkwe informazzjoni li hija taħt il-kontroll tiegħu u hija disponibbli fil-ġurisdizzjoni tiegħu li tista' tkun rilevanti għal investigazzjoni sħiħa tal-aċċident kbir tingħata jew issir aċċessibbli meta tintalab lill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-investigazzjoni skont l-Artikolu 26.

Artikolu 33 Approċċ koordinat għas-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali

Artikolu 33

Approċċ koordinat għas-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali

1.  Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali rilevanti, għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma’ pajjizi terzi li jwettqu operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore fl-istess reġjuni tal-baħar bħall-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri b'operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u pajjiżi terzi ħdejhom b'operazzjonijiet simili sabiex jiġu promossi miżuri preventivi u pjanijiet ta’ rispons għal emerġenza reġjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippromwovi standards għoljin ta' sikurezza għal operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore f'livell internazzjonali f’fora globali u reġjonali rilevanti, inkluż dawk marbuta mal-ilmijiet tal-Artiku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.