|
+Artikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ---+Article 32 1. ---+Article 32 2. ---+Article 32 3. ---+Article 32 4. |
Artikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhomArtikolu 32 Tħejjija għal emerġenza transkonfinali u r-rispons tal-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom 1. L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jaħtru punt ta' kuntatt sabiex ikollhom skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri rilevanti li jinsabu ħdejhom. 2. L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom japplikaw l-Artikolu 29 (4) u (7) sabiex jiżguraw li tkun stabbilita kapaċità adegwata ta' rispons fil-każ li jiġu affettwati minn inċident kbir. 3. L-Istati Membri li m'għandhomx operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jikkoordinaw l-ippjanar ta' kontinġenza nazzjonali tagħhom fl-ambjent tal-baħar ma' Stati Membri rilevanti oħrajn sa fejn meħtieġ biex jiżguraw l-aktar rispons effettiv għal aċċident kbir. 4. Fejn Stat Membru li m'għandux operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jiġi affettwat minn aċċident kbir, huwa għandu:
(a)
jieħu l-miżuri adatti kollha, f'konformità mal-ippjannar ta' kontinġenza nazzjonali msemmi fil-paragrafu 3;
(b)
jiżgura li kwalunkwe informazzjoni li hija taħt il-kontroll tiegħu u hija disponibbli fil-ġurisdizzjoni tiegħu li tista' tkun rilevanti għal investigazzjoni sħiħa tal-aċċident kbir tingħata jew issir aċċessibbli meta tintalab lill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-investigazzjoni skont l-Artikolu 26. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|