|
+ANNESS I |
ANNESS IANNESS I Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokumenti ppreżentati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11 1. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' DISINN JEW RILOKAZZJONI GĦAL INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI In-notifika ta' disinn u n-notifika ta' rilokazzjoni għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont il-punti (c) u (j) tal-Artikolu 11(1) rispettivament għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;
(2)
deskrizzjoni tal-proċess ta' disinn għall-operazzjonijiet u s-sistemi tal-produzzjoni, minn kunċett inizjali għad-disinn ippreżentat jew l-għażla ta’ installazzjoni eżistenti, l-istandards rilevanti użati, u l-kunċetti ta' disinn inklużi fil-proċess;
(3)
deskrizzjoni tal-kunċett tad-disinn magħżul b'rabta max-xenarji ta’ perikli kbar għall-installazzjoni partikolari u l-lokazzjoni tagħha, u l-karatteristiċi ta’ kontroll tar-riskju primarju;
(4)
dimostrazzjoni li l-kunċett jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskji ta’ perikli kbar sa livell aċċettabbli;
(5)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u l-kundizzjonijiet fil-lokazzjoni intenzjonata tagħha;
(6)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(7)
deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ perikli kbar li għandhom jitwettqu;
(8)
deskrizzjoni ġenerali tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza u dik ambjentali li biha ser tinżamm l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll maħsuba għar-riskju ta’ aċċident kbir;
(9)
deskrizzjoni tal-iskemi ta’ verifika indipendenti u lista inizjali ta’ elementi kritiċi ambjentali u ta' sikurezza u l-prestazzjoni meħtieġa tagħhom;
(10)
fejn installazzjoni tal-produzzjoni eżistenti għandha titmexxa għal lokazzjoni ġdida biex isservi operazzjoni tal-produzzjoni differenti, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-operazzjoni ta’ produzzjoni proposta;
(11)
fejn installazzjoni mhux tal-produzzjoni għandha tinbidel biex tintuża bħala installazzjoni tal-produzzjoni, ġustifikazzjoni li turi li l-installazzjoni hija xierqa għall-tali konverżjoni. 2. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR PERIKLI KBAR GĦALL-OPERAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI TAL-PRODUZZJONI Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 12 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tar-rispons tal-awtorità kompetenti għan-notifika tad-disinn;
(2)
l-isem u l-indirizz tal-operatur tal-installazzjoni;
(3)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;
(4)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet jew infrastruttura oħra konnessi, inklużi l-bjar;
(5)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati ambjentali u ta' sikurezza huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-dimostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' rispons għal tixrid ta’ żejt;
(6)
deskrizzjoni tat-tipi ta' operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li għandhom jitwettqu, u l-għadd massimu ta’ persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;
(7)
deskrizzjoni tat-tagħmir u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir fil-bidu tiegħu;
(8)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tiġi evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;
(9)
kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;
(10)
informazzjoni dwar is-sikurezza tal-operatur u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza, li hija rilevanti għall-installazzjoni tal-produzzjoni;
(11)
pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;
(12)
deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;
(13)
kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;
(14)
kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra taħt din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;
(15)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE;
(16)
valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jikkumpensaw għalihom, inkluż il-monitoraġġ. 3. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'RAPPORT DWAR IL-PERIKLI KBAR GĦAL INSTALLAZZJONI MHUX TAL-PRODUZZJONI Rapporti dwar perikli kbar għal installazzjoni mhux tal-produzzjoni li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 13 u jiġu ppreżentati skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tas-sid;
(2)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport dwar perikli kbar;
(3)
deskrizzjoni tal-installazzjoni u, fil-każ ta’ installazzjoni mobbli, deskrizzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tagħha bejn il-lokazzjonijiet, u s-sistema ta' stazzjonar tagħha;
(4)
deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet b'potenzjal ta’ periklu kbir li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u l-għadd massimu ta' persuni li jistgħu jkunu fuq l-installazzjoni fi kwalunkwe ħin;
(5)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati, il-probabbiltà u l-konsegwenzi tagħhom ġew ivvalutati, inklużi kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri u li l-miżuri għall-kontroll tagħhom fosthom elementi kritiċi assoċjati mas-sikurezza u l-ambjent huma xierqa sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċident kbir sa livell aċċettabbli; din id-simostrazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effikaċja ta' kwalunkwe rispons għal tixrid ta’ żejt;
(6)
deskrizzjoni tal-impjant u l-arranġamenti biex ikun żgurat il-kontroll tal-bjar, is-sikurezza tal-proċess, it-trażżin ta' sustanzi perikolużi, il-prevenzjoni ta' nar u splużjonijiet, il-protezzjoni tal-ħaddiema minn sustanzi perikolużi, u l-protezzjoni tal-ambjent minn aċċident kbir;
(7)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-protezzjoni ta' persuni fuq l-installazzjoni minn perikli kbar, u biex ikunu żgurati l-ħelsien, l-evakwazzjoni u s-salvataġġ sikuri tagħhom, u arranġamenti għall-manutenzjoni tas-sistemi ta’ kontroll biex tkun evitata ħsara għall-installazzjoni u l-ambjent fil-każ li l-persunal kollu jiġi evakwat;
(8)
kodiċi, standards u gwida rilevanti użati fil-bini u l-kummissjoni tal-installazzjoni;
(9)
dimostrazzjoni li l-perikli kbar kollha ġew identifikati għall-attivitajiet kollha li l-installazzjoni hija kapaċi twettaq, u li r-riskju ta’ aċċident kbir jitnaqqas sa livell aċċettabbli;
(10)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(11)
informazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li hija rilevanti għall-installazzjoni mhux tal-produzzjoni;
(12)
pjan intern ta’ rispons għal emerġenza jew deskrizzjoni adegwata tiegħu;
(13)
deskrizzjoni tal-iskema ta' verifika indipendenti;
(14)
kwalunkwe dettalji rilevanti oħra, pereżempju meta żewġ installazzjonijiet jew aktar joperaw f’kombinazzjoni b’mod li jaffettwa l-potenzjal ta’ periklu kbir ta’ xi waħda minnhom jew tal-installazzjonijiet kollha;
(15)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-installazzjoni, kull informazzjoni miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent rilevanti għal rekwiżiti oħra f'din id-Direttiva, miksuba skont din id-Direttiva;
(16)
valutazzjoni tal-effetti ambjentali potenzjali identifikati li jirriżultaw mit-telf ta' trażżin ta' sustanzi li jniġġsu li jirriżultaw wara aċċident kbir, u deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi u dawk mhux tekniċi previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu jew jimmitigawhom, inkluż il-monitoraġġ. 4. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET TA' BJAR Notifiki ta’ operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitħejjew skont l-Artikolu 15 u tiġi ppreżentata skont il-punt (h) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal- operatur tal-bir;
(2)
l-isem tal-installazzjoni li għandha tintuża u l-isem u l-indirizz tas-sid jew, fil-każ ta' installazzjoni ta' produzzjoni, il-kuntrattur li għamel l-attivitajiet tat-tħaffir;
(3)
dettalji li jidentifikaw il-bir u kwalunkwe assoċjazzjoni ma’ installazzjonijiet u infrastruttura konnessi;
(4)
informazzjoni dwar il-programm ta' ħidma tal-bir, inkluż il-perijodu ta' tħaddim tiegħu, dettalji u verifika tal-ostakli kontra t-telf tal-kontroll tal-bir (tagħmir, fluwidi tat-tħaffir u siment eċċ), il-kontroll direzzjonali tal-passaġġ tal-bir, u l-limitazzjonijiet għal operazzjonijiet sikuri f’konformità mal-ġestjoni tar-riskju;
(5)
fil-każ ta’ bir eżistenti, informazzjoni dwar l-istorja, u l-kundizzjoni tiegħu;
(6)
kwalunkwe dettalji li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir tas-sikurezza li għandu jintuża u li mhuwiex deskritt fir-rapport attwali dwar perikli kbar għall-installazzjoni;
(7)
valutazzjoni tar-riskju li tinkorpora deskrizzjoni ta’:
(a)
il-perikli partikolari marbuta mal-operazzjoni tal-bir inkluż kull limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta' qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri;
(b)
il-perikli ta’ taħt il-wiċċ;
(c)
kwalunkwe operazzjoni fil-wiċċ jew taħt il-baħar li tintroduċi potenzjal simultanju ta’ periklu kbir;
(d)
miżuri xierqa ta’ kontroll;
(8)
deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni tal-bir fi tmiem l-operazzjonijiet – jiġifieri abbandun permanenti jew temporanju; u jekk it-tagħmir tal-produzzjoni jkunx tqiegħed fil-bir għal użu futur;
(9)
fil-każ ta’ modifika għal notifika ta’ operazzjonijiet ta' bir ippreżentata qabel, biżżejjed dettalji biex tkun aġġornata bis-sħiħ in-notifika;
(10)
meta bir għandu jinbena, jiġi modifikat jew issirlu manutenzjoni permezz ta’ installazzjoni mhux tal-produzzjoni, informazzjoni addizzjonali kif ġej:
(a)
deskrizzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni ambjentali, meteoroloġika u ta’ qiegħ il-baħar għal operazzjonijiet sikuri, u l-arranġamenti għall-identifikazzjoni ta' riskji minn perikli f’qiegħ il-baħar u fil-baħar bħal linji tal-pajpijiet u l-irmiġġ ta’ installazzjonijiet kontigwi;
(b)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali li tqiesu fil-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza għall-installazzjoni;
(c)
deskrizzjoni tal-arranġamenti għar-rispons għal emerġenza inkluż arranġamenti għar-rispons f'każijiet ta' inċidenti ambjentali li mhumiex deskritti fir-rapport dwar perikli kbar, u;
(d)
deskrizzjoni ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal- operatur tal-bir u s-sid għandhom jiġu kkoordinati biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-perikli kbar f’kull ħin.
(11)
rapport bis-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir, inkluża stqarrija mill-operatur tal-bir, wara li jitqies ir-rapport u s-sejbiet tal-eżami indipendenti tal-bir mill-verifikatur indipendenti, li l-ġestjoni tar-riskju marbuta mad-disinn tal-bir u l-ostakli tiegħu għat-telf ta' kontroll huma xierqa għall-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi antiċipati kollha;
(12)
l-informazzjoni rilevanti għal din id-Direttiva miksuba skont ir-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar tad-Direttiva 92/91/KEE;
(13)
f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' bjar li għandhom jitwettqu, kull informazzjoni rilevanti għal rekwiżiti oħra ta' din id-Direttiva miksuba skont id-Direttiva 2011/92/UE marbuta mal-prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li jwasslu għal ħsara sinifikanti jew serja għall-ambjent. 5. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA B'RABTA MA' SKEMA TA' VERIFIKA Deskrizzjonijiet li ghandhom iġu ppreżentati skont il-punt (d) tal-Artikolu 11(1) fir-rigward ta' skemi ta' verifika indipendenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 17(1) għandha tinkludi:
(a)
stqarrija mill-operatur jew is-sid li ssir wara li jitqies ir-rapport tal-verifikatur indipendenti li r-rekord ta' elementi kritiċi ta' sikurezza u l-iskema ta' manteniment tagħhom kif speċifikat fir-rapport dwar perikli kbar huma jew ser ikunu xierqa;
(b)
deskrizzjoni tal-iskema ta’ verifika inkluża l-għażla ta' verifikaturi indipendenti, il-mezzi ta' verifika li l-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali u kwalunkwe impjant speċifikat fl-iskema jibqgħu f'tiswija u kundizzjoni tajba;
(c)
deskrizzjoni tal-mezzi ta’ verifika msemmija fil-punt (b) li għandhom jinkludu dettalji tal-prinċipji li ser jiġu applikati biex jitwettqu l-funzjonijiet fl-iskema u biex l-iskema tinżamm taħt reviżjoni matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-installazzjoni inkluż:
(i)
l-eżami u t-testijiet tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali minn verifikaturi indipendenti u kompetenti;
(ii)
il-verifika tad-disinn, l-istandard, iċ-ċertifikazzjoni jew sistema oħra ta’ konformità tal-elementi kritiċi ta' sikurezza u ambjentali;
(iii)
l-eżami tal-ħidma li tkun għaddejja;
(iv)
ir-rappurtaġġ ta' kull każ ta' nuqqas ta' konformità;
(v)
azzjonijiet ta' rimedju meħuda mill-operatur jew mis-sid. 6. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' BIDLA MATERJALI GĦAL INSTALLAZZJONI, INKLUŻ IT-TNEĦĦIJA TA' INSTALLAZZJONI FISSA Fejn bidliet materjali għandhom isiru lill-installazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 13(4), ir-rapport dwar perikoli kbar li jkun jinkorpora l-bidliet materjali li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (f) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur jew tas-sid;
(2)
taqsira ta’ kwalunkwe involviment tal-ħaddiema fit-tħejjija tar-rapport rivedut dwar perikli kbar;
(3)
biżżejjed dettalji biex jiġi aġġornat kollu r-rapport preċedenti dwar perikli kbar u l-pjan intern ta’ rispons għal emerġenza assoċjat għall-installazzjoni u biex juru li r-riskji ta’ perikli kbar jonqsu għal livell aċċettabbli;
(4)
fil-każ tat-twaqqif mill-użu ta’ installazzjoni tal-produzzjoni fissa:
(a)
il-mezzi tal-iżolament tas-sustanzi perikolużi kollha u fil-każ ta’ bjar konnessi mal-installazzjoni, l-issiġillar permanenti tal-bjar mill-installazzjoni u l-ambjent;
(b)
deskrizzjoni tar-riskji ta’ perikli kbar assoċjati mad-dekummissjonament tal-installazzjoni għall-ħaddiema u l-ambjent, il-popolazzjoni totali esposta, u l-miżuri ta’ kontroll tar-riskju;
(c)
l-arranġamenti tar-rispons għal emerġenza biex jinkisbu evakwazzjoni u salvataġġ sikuri tal-persunal u biex jinżammu sistemi ta' kontroll biex jiġi evitat aċċident kbir għall-ambjent. 7. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA F'NOTIFIKA TA' OPERAZZJONIJIET KOMBINATI In-notifika ta’ operazzjonijiet kombinati li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 16 u li għandu jiġu ppreżentati skont il-punt (i) tal-Artikolu 11(1) għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)
l-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jippreżenta n-notifika;
(2)
fil-każ li operaturi jew sidien oħra huma involuti fl-operazzjonijiet kombinati l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, inkluża konferma li huma jaqblu mal-kontenut tan-notifika;
(3)
deskrizzjoni, fil-forma ta’ dokument ta’ assoċjazzjoni awtorizzat mill-partijiet kollha għad-dokument, ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni għall-installazzjonijiet involuti fl-operazzjoni kombinata ser ikunu koordinati sabiex jitnaqqas ir-riskji ta’ aċċident kbir għal livell aċċettabbli;
(4)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe tagħmir li għandu jintuża b’rabta mal-operazzjoni kombinata imma li mhuwiex deskritt fir-rapport dwar perikli kbar attwali għal kwalunkwe mill-installazzjonijiet involuti fl-operazzjonijiet kombinati;
(5)
taqsira tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operaturi u s-sidien kollha involuti fl-operazzjonijiet kombinati, li għandha tinkludi:
(a)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe operazzjoni matul l-operazzjoni kombinata li tista’ tinvolvi perikli bil-potenzjal li toħloq aċċident kbir f'installazzjoni jew b'rabta magħha;
(b)
deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ kontroll tar-riskju introdotta bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju;
(6)
deskrizzjoni tal-operazzjoni kombinata u programm ta’ ħidma. 8. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA FIR-RIGWARD TA' POLITIKA KORPORATTIVA TA' PREVENZJONI TA' AĊĊIDENTI KBAR Il-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(1) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:
(1)
ir-responsabbiltà f'livell ta' bord korporattiv li tiġi żgurata, fuq bażi kontinwa, li l-politika korporattiva ta' prevenzjoni ta' aċċidenti kbar hija xierqa, implimentata, u taħdem kif intenzjonat;
(2)
miżuri għall-bini u ż-żamma ta' kultura b'saħħitha ta' sikurezza bi probabbiltà għolja ta' tħaddim sikur kontinwu;
(3)
il-livell u l-intensità tal-verifika tal-proċess;
(4)
miżuri għall-ippremjar u r-rikonoxximent ta' mġiba mixtieqa;
(5)
l-evalwazzjoni tal-ħiliet u l-għanijiet tal-kumpannija;
(6)
miżuri għaż-żamma ta' standards ta' sikurezza u ħarsien tal-ambjent bħala valur ewlieni tal-kumpanniji;
(7)
sistemi formali ta’ kmand u kontroll li jinkludu lill-membri tal-bord u l-amministrazzjoni għolja tal-kumpannija;
(8)
l-approċċ għall-kompetenza fil-livelli kollha tal-kumpannija.
(9)
l-estent safejn il-partikolaritajiet (1) - (8) huma applikati fl-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore mwettqa barra l-Unjoni. 9. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FIR-RIGWARD TA' SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI U TAS-SIKUREZZA Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza li għandha tiġi mħejjija skont l-Artikolu 19(3) u li għandha tiġi ppreżentata skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(1) għandha tinkludi iżda ma tkunux limitati għal:
(1)
l-istruttura tal-organizzazzjoni u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal;
(2)
l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ perikli kbar kif ukoll il-probabbiltà u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom;
(3)
l-integrazzjoni tal-impatt ambjentali f’valutazzjonijiet tar-riskju ta’ aċċidenti kbar fir-rapport dwar perikli kbar;
(4)
kontrolli ta’ perikli kbar matul operazzjonijiet normali;
(5)
ġestjoni tal-bidla;
(6)
pjanifikazzjoni u rispons għal emerġenza;
(7)
limitazzjoni tal-ħsara lill-ambjent;
(8)
monitoraġġ tal-prestazzjoni;
(9)
arranġamenti ta' verifika u reviżjoni; u
(10)
il-miżuri fis-seħħ għall-parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet tripartitiċi u kif l-azzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il konsultazzjonijiet jiġu implimentati. 10. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FI PJAN INTERN TA' RISPONS GĦAL EMERĠENZA Pjanijiet interni ta’ rispons għal emerġenza li għandhom jiġu mħejjija skont l-Artikolu 14 u li għandhom jiġu ppreżentati skont il-punt (g) tal-Artikolu 11(1) għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għal:
(1)
l-ismijiet u l-karigi tal-persuni awtorizzati biex jagħtu bidu għall-proċeduri ta’ rispons għal emerġenza u l-persuna li tmexxi r-rispons intern għal emerġenza;
(2)
l-isem u l-kariga tal-persuna responsabbli għall-komunikazzjoni mal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza;
(3)
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti prevedibbli kollha li jistgħu joħolqu aċċident kbir, kif deskritt fir-rapport dwar perikli kbar li miegħu huwa mehmuż il-pjan;
(4)
deskrizzjoni tal-azzjonijiet li ser jittieħdu biex ikunu kkontrollati l-kundizzjonijiet jew l-avvenimenti li jistgħu jikkawżaw aċċident kbir u biex ikunu limitati l-konsegwenzi tagħhom;
(5)
deskrizzjoni tat-tagħmir u r-riżorsi disponibbli, inkluż għat-trażżin (capping) ta’ kwalunkwe tixrid potenzjali;
(6)
l-arranġamenti biex jiġu limitati r-riskji għall-persuni fuq l-installazzjoni u għall-ambjent, inkluż kif għandhom jingħataw it-twissijiet u l-azzjonijiet li mistennija jieħdu l-persuni malli jirċievu t-twissija;
(7)
fil-każ ta' operazzjonijiet kombinati, l-arranġamenti li jikkoordinaw mal-arranġamenti ta' ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ bejn l-installazzjonijiet ikkonċernati, biex ikun żgurat prospett tajjeb ta’ sopravvivenza għall-persuni fuq l-installazzjonijiet waqt aċċident kbir;
(8)
stima tal-effikaċja tar-rispons għat-tixrid taż-żejt. Il-kundizzjonijiet ambjentali li għandhom jiġu kkunsidrati f’din l-analiżi tar-rispons għandhom jinkludu:
(i)
it-temp, inkluż ir-riħ, il-viżibbiltà, ix-xita u t-temperatura;
(ii)
kundizzjonijiet tal-baħar, il-mareat u l-kurrenti;
(iii)
il-preżenza ta’ silġ u residwi;
(iv)
sigħat ta' dawl tal-jum; u
(v)
kundizzjonijiet ambjentali oħra magħrufin li jistgħu jinfluwenzaw l-effiċjenza tat-tagħmir ta’ rispons jew l-effettività ġenerali ta’ sforz ta’ rispons;
(9)
l-arranġamenti biex tingħata twissija bikrija dwar aċċident kbir lill-awtoritajiet responsabbli biex jibdew il-pjan estern ta’ rispons għal emerġenza, it-tip ta’ informazzjoni li għandu jkun fiha twissija inizjali u l-arranġamenti għall-għoti ta’ informazzjoni aktar dettaljata kif din issir disponibbli;
(10)
l-arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal fid-dmirijiet li ser ikunu mistennija jwettqu, u fejn meħtieġ il-koordinazzjoni ta’ dan ma’ dawk li esternament iwieġbu għal emerġenza;
(11)
l-arranġamenti għall-koordinazzjoni tar-rispons intern ta’ emerġenza mar-rispons estern ta’ emerġenza;
(12)
Evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ta’ kwalunkwe sustanza kimika użata biex tferrex li jkunu twettqu sabiex jimminimizzaw l-implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika u kwalunkwe ħsara ambjentali ulterjuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|