|
+ANNESS III |
ANNESS IIIANNESS III Dispożizzjonijiet marbutin mal-ħatra u t-tħaddim tal-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 8 u 9 1. DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAL-ISTATI MEMBRI (1) Għall-finijiet tal-ħatra ta’ awtorità kompetenti responsabbli mid-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom mill-inqas iwettqu dan li ġej:
(a)
jagħmlu arranġamenti organizzattivi li jippermettu li d-dmirijiet kollha mogħtija lill-awtorità kompetenti f’din id-Direttiva jitwettqu b’mod effettiv, inklużi arranġamenti għar-regolamentazzjoni tas-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali b’mod ekwu;
(b)
titħejja stqarrija dwar il-politika li tiddeskrivi l-għanijiet ta' superviżjoni u infurzar, u l-obbligi tal-awtorità kompetenti li tikseb trasparenza, konsistenza, proporzjonalità u oġġettività fir-regolamentazzjoni tagħha ta' operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore. (2) L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex idaħħlu fis-seħħ l-arranġamenti ta’ hawn fuq fil-punt 1, inkluż:
(a)
il-finanzjament ta' biżżejjed għarfien espert speċjalizzat disponibbli internament jew bi ftehimiet formali ma' partijiet terzi jew it-tnejn sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tispezzjona u tinvestiga l-operazzjonijiet, tieħu azzjoni ta' infurzar, u tittratta rapporti dwar perikli kbar u notifiki;
(b)
fejn hemm dipendenza fuq sorsi esterni ta' għarfien, il-finanzjament tat-tħejjija ta' biżżejjed gwida bil-miktub u sorveljanza biex tinżamm il-konsistenza tal-approċċ u biex ikun żgurat li l-awtorità kompetenti maħtura iġġorr ir-responsabbiltà kollha skont din id-Direttiva;
(c)
il-finanzjament ta' taħriġ essenzjali, komunikazzjoni, aċċess għat-teknoloġija, ivvjaġġar u sussistenza tal-persunal tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni attiva bejn l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 27;
(d)
fejn xieraq, l-operaturi jew is-sidien ikunu meħtieġa jħallsu lura lill-awtorità kompetenti għall-ispiża tat-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva;
(e)
jiffinanzjaw u jħeġġu r-riċerka skont id-dmirijiet tal-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva;
(f)
jipprovdu finanzjament għar-rapporti tal-awtorità kompetenti tagħmel 2. DISPOŻIZZJONIJIET MARBUTIN MAT-TĦADDIM TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (1) Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha skont l-Artikolu 9 b'mod effettiv, l-awtorità kompetenti għandha tħejji:
(a)
strateġija bil-miktub li tiddeskrivi d-dmirijiet tagħha, il-prijoritajiet għal azzjoni jiġifieri fid-disinn u t-tħaddim ta' installazzjonijiet, il-ġestjoni tal-integrità u fit-tħejjija u r-rispons għal emerġenza, u kif hija organizzata;
(b)
proċeduri operattivi li jiddeskrivu kif l-awtorità kompetenti ser tispezzjona u tinforza l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tal-operaturi u s-sidien skont din id-Direttiva, inkluż kif ser tittratta, tivvaluta u taċċetta rapporti dwar perikli kbar, tieħu ħsieb in-notifiki ta' operazzjonijiet ta' bjar u kif l-intervalli bejn l-ispezzjoni ta' miżuri ta’ kontroll tar-riskji ta’ perikli kbar, inkluż għall-ambjent, għal installazzjoni jew attività partikolari għandhom jiġu determinati;
(c)
proċeduri għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha mingħajr preġudizzju għal responsabbiltajiet oħra, pereżempju l-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass fuq l-art (onshore), u l-arranġamenti skont id-Direttiva 92/91/KEE;
(d)
meta l-awtorità kompetenti hija magħmula minn aktar minn korp wieħed, qbil formali li jistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa għall-operazzjoni konġunta tal-awtorità kompetenti, inklużi s-sorveljanza u l-monitoraġġ u r-reviżjonijiet tal-amministrazzjoni għolja, il-pjanifikazzjoni u l-ispezzjoni konġunti, it-tqassim tar-responsabbiltajiet għat-trattament ta' rapporti dwar perikli kbar, investigazzjoni konġunta, komunkazzjonijiet interni, u rapporti li għandhom jiġu ppubblikati konġuntament esternament. (2) Il-proċeduri dettaljati għall-valutazzjoni tar-rapporti dwar perikli kbar għandhom jitolbu l-informazzjoni u d-dettalji l-oħra kollha kif meħtieġa skont din id-Direttiva li għandhon jingħataw mill-operatur jew is-sid. Għall-inqas l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti għall-informazzjoni li ġejja jiġu speċifikati b'mod ċar fil-gwida lill-operaturi u s-sidien:
(a)
il-perikli prevedibbli kollha bil-potenzjal li joħolqu aċċident kbir, inkluż lill-ambjent, ġew identifikati, ir-riskji tagħhom evalwati u l-miżuri identifikati, inklużi r-risponsi għal emerġenza, biex jiġu kkontrollati r-riskji;
(b)
is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u tas-sikurezza tiġi deskritta kif xieraq biex turi konformità mal-ħtiġijiet f'din id-Direttiva;
(c)
arranġamenti adatti ġew deskritti għall-verifika indipendenti, u għal audit mill-operatur jew mis-sid; (3) Fit-twettiq ta’ valutazzjoni sfiqa tar-rapporti dwar perikli kbar l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:
(a)
kull informazzjoni fattwali meħtieġa tingħata;
(b)
l-operatur jew is-sid jkun identifika l-perikli prevedibbli kollha ta’ aċċident kbir li jistgħu japplikaw għall-installazzjoni u l-funzjonijiet tagħha, flimken ma’ avvenimenti potenzjali tal-bidu, u li l-metodoloġija u l-kriterji ta’ evalwazzjoni adottati għall-valutazzjoni tar-riskju ta’ aċċidenti kbar jiġu mfissra b’mod ċar, inklużi l-fatturi ta’ inċertezza fl-analiżi;
(c)
il-ġestjoni tar-riskju qieset l-istadji rilevanti kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjoni u antiċipat is-sitwazzjonijiet prevedibbli kollha, fosthom:
(i)
kif id-deċiżjonijiet tad-disinn deskritti fin-notifika dwar id-disinn qiesu l-ġestjoni tar-riskju sabiex jiżguraw li jiġu inkorporati prinċipji ambjentali ta’ sikurezza inerenti;
(ii)
kif għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet ta' bjar mill-installazzjoni waqt l-operat;
(iii)
kif operazzjonijiet ta' bjar għandhom isiru u jiġu temporanjament sospiżi qabel ma tinbeda l-produzzjoni minn installazzjoni tal-produzzjoni;
(iv)
kif għandhom jitwettqu operazzjonijiet kombinati ma' installazzjonijiet oħra;
(v)
kif ser isir id-dekummissjonament tal-installazzjoni.
(d)
kif il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju identifikati bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju huma maħsuba li jiġu implimentati jekk ikun meħtieġ biex ir-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli;
(e)
jekk, fid-determinazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu livelli aċċettabbli ta’ riskju, l-operatur jew is-sid ikunx wera biċ-ċar kif prattika tajba rilevanti u ġudizzju bbażat fuq inġinerija tajba, l-aħjar prattika ta’ ġestjoni, u jkunux tqiesu prinċipji ta’ fatturi umani u organizzattivi;
(f)
jekk, il-miżuri u l-arranġamenti għas-sejbien ta’, u r-rispons rapidu u effettiv għal, emerġenza humiex identifikati u ġġustifikati b’mod ċar;
(g)
kif arranġamenti ta’ ħelsien, evakwazzjoni u salvataġġ u miżuri biex jillimitaw l-eskalazzjoni ta’ emerġenza u jnaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent jiġu integrati b’mod loġiku u sistematiku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ emerġenza probabbli li fihom ser jitħaddmu;
(h)
kif ir-rekwiżiti jiġu inkorporati fil-pjanijiet interni ta' rispons għal emerġenza u jekk kopja jew deskrizzjoni adegwata tal-pjan intern ta' rispons għal emerġenza tkunx ġiet ippreżentata lill-awtorità kompetenti;
(i)
jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u ta' sikurezza deskritta fir-rapport dwar perikli kbar hijiex xierqa biex tiżgura kontroll tar-riskji ta' perikli kbar f'kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazjoni, u tiżgurax konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti kollha, u tipprevedix il-verifika u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika;
(j)
jekk l-iskema għal verifika indipendenti hijiex imfissra b’mod ċar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|