+ANNESS VIII

ANNESS VIII

ANNESS VIII

Dettalji li għandhom jiġu inklużi fit-tħejjija ta' pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza skont l-Artikolu 29

1. L-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rispons ta’ emerġenza għandhom jagħmlu disponibbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

inventarju tat-tagħmir disponibbli, is-sjieda tiegħu, il-lokazzjoni, il-mezz ta' trasport għal u l-mod ta' użu fil-post tal-aċċident kbir;

(b) 

deskrizzjoni tal-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li t-tagħmir u l-proċeduri jinżammu f’kundizzjoni operabbli;

(c) 

inventarju tat-tagħmir tal-industrija li jista’ jkun disponibbli f’emerġenza;

(d) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti ġenerali għar-rispons għal aċċidenti kbar, inklużi l-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-partjiet involuti kollha u l-korpi responsabbli għaż-żamma ta' arranġamenti bħal dawn;

(e) 

il-miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir, il-persunal u l-proċeduri huma disponibbli u aġġornati u li hemm biżżejjed membri ta' persunal imħarreġ disponibbli f’kull ħin;

(f) 

evidenza ta’ valutazzjonijiet preċedenti ambjentali u dwar is-saħħa ta’ kwalunkwe sustanza kimika prevista għall-użu biex tferrex.

2. Pjanijiet esterni ta’ rispons għal emerġenza għandhom ifissru b’mod ċar ir-rwol tal-awtoritajiet, dawk li jwieġbu f’emerġenza, il-koordinaturi u suġġetti oħra attivi fir-rispons għal emerġenza, sabiex il-kooperazzjoni tkun żgurata fir-rispons għal aċċidenti kbar.

3. L-arranġamenti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-rispons għal aċċident kbir li potenzjalment ikun kbir wisq għal Stat Membru jew jaqbeż il-konfini tiegħu billi:

(a) 

jikkondividi l-pjanijiet esterni ta' rispons għal emerġenza ma’ Stati Membri kontigwi u l-Kummissjoni;

(b) 

il-ġabra fuq livell transkonfinali tal-inventarji ta’ assi tar-rispons, kemm dawk tal-industrija kif ukoll dawk b'sjieda pubblika u l-adattamenti kollha meħtieġa biex it-tagħmir u l-proċeduri jsiru kompatibbli bejn pajjiżi kontigwi u l-Istati Membri;

(c) 

proċeduri biex ikun invokat il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni;

(d) 

l-arranġament ta' eżerċizzji transkonfinali ta' rispons estern għal emerġenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.