1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 8, li jkunu saru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti mill-korp tal-persuna ġuridika, li għandha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, fuq il-bażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
|
|
(b)
|
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;
|
|
(c)
|
awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
|